Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Espressjoni ta’ Interess minn fost l-Uffiċjali Pubbliċi fil- grad ta' Konsulent biex jiġu assenjati dmirijiet bħala Deputat Ċerpersin Kliniku għad-Dipartiment tal-Ispeċjalitajiet Kiruriċi fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru HR/ODPM/45/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 13/11/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 27/11/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, is-Segretarju Permanenti, fi ħdan l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa qiegħed ifittex li jidentifika Uffiċjali Pubbliċi adatti biex iwettqu dmirijiet kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu ta’ tlett (3) snin,soġġett għal prestazzjoni sodisfaċenti. 

2. Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġbu liċ-Chairperson Kliniku tad-Dipartiment tal-Ispeċjalitajiet Kirurġiċi.

3. Il-prestazzjoni f’dawn id-dmirijiet tiġi wkoll rikonoxxuta fir-Record of Service (GP47).

4.1 Il-kandidat magħżul ikun meħtieġ jaħdem żewġ (2) sessjonijiet amministrattivi fuq il-post fil-ġimgħa biex iwettaq dmirijiet bħala Deputat Ċerpersin Kliniku fid-Dipartiment tal-Ispeċjalitajiet Kirurġiċi.

4.2 Il-kandidat magħżul jibbenefika mill-pakkett ta’ remunerazzjoni tal-Konsulenti, b’rimunerazzjoni addizzjonali skont il-Ftehim Settorjali għaż-żewġ (2) sessjonijiet amministrattivi fuq il-post imsemmija fil-paragrafu 4.1. Il-kandidat magħżul jerġa’ jibda jwettaq id-dmirijiet tal-grad sostantiv tiegħu ladarba tintemm l-assenjazzjoni tiegħu għal dawn id-dmirijiet. 

Dmirijiet

5.1 L-uffiċjali eliġibbli huma b’hekk mistiedna jesprimu l-interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet relatati mal-kariga msemmija hawn fuq.

5.2 Id-dmirijiet huma deskritti fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

5.3 Uffiċjali li jinsabu f’arranġamenti ta’ sekondar, self, assenjazzjoni jew skjerament ma’ Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà meħtieġa, jistgħu wkoll japplikaw.

Eliġibbiltà

6. Sad-Data u il-Ħin ta' l-għeluq ta din  l-Espressjoni ta’ Interess, l-applikanti jridu jkunu fil-grad ta’ Konsulent fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, taħt Kuntratt A jew Kuntratt B, u jrid ikollhom mill-inqas ħames (5) snin ta’ esperjenza speċjalizzata f’waħda mill-ispeċjalitajiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tad-Dipartiment tal-Ispeċjalitajiet Kirurġiċi, jiġifieri l-Otorinolaringoloġija (ENT); il-Kirurġija Pedjatrika; il-Kirurġija Plastika; il-Kirurġija Orali u Maxillofaċjali u l-Uroloġija.

7.1. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. 

7.2. Kwalunkwe kwalifika u esperjenza ddikjarata trid tkun sostnuta minn ċertifikati u/jew testimonjanzi; kopji ta’ dawn għandhom jiġu annessi mas-sottomissjoni tal-Uffiċjal.

7.3. Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu dejjem jiġu ppreżentati għall-verifika waqt l-intervista.

8. Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla jintbagħat permezz ta’ e-mail lill-kandidati li jkunu għamlu l-intervista.

9.Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand id-Direttorat tal-People Managment fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.

Ministry / Department :

Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

Contact Persons :

Dr Renzo De Gabriele

Segretarju Permanenti

Address :

15, Palazzo Castellania

Triq Merkanti

Valletta VLT1171 

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.