Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Resident Specialist (Ostetriċija u Ġinekoloġija) fid-Dipartiment tal-Ostetriċija u Ġinekoloġija fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.
Salarju
3.1 Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Resident Specialist (Ostetriċija u Ġinekoloġija) huwa ekwivalenti għall-Iskala tas-Salarju 5, jiġifieri €35,837.98 fis-sena 2026, u jiżdied b’żidiet annwali ta’ €640.67 sa massimu ta’ €39,682.00.
Qed jiġi nnutat li s-salarju marbut mal-pożizzjoni ta' Resident Specialist (Ostetriċija u Ġinekoloġija) huwa ssupplimentat b'allowances hekk kif speċifikat fil-ftehim settorali fis-seħħ iffirmat bejn il-Gvern ta' Malta u l-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta (MAM) li jagħmel is-salarju kompetittiv. Talbiet għal aktar informazzjoni dwar il-pakkett ta' remunerazzjoni jew kundizzjonijiet oħra tax-xogħol jistgħu jiġu sottomessi fuq [email protected].
3.2 Il-persuna maħtura tkun tista' tagħżel li taħdem fuq bażi ta' Kuntratt A jew Kuntratt B.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Resident Specialist (Ostetriċija u Ġinekoloġija) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunita' Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita' Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:
- kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni.
Qed jiġi hawnhekk innutat li kandidati li mhumiex profiċjenti fil-lingwa Maltija jistgħu jibqgħu jiġu kkunsidrati sakemm il-kandidati magħżula jipprovdu evidenza ta’ profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija fi żmien sena (1) mill-ingaġġ, billi jgħaddu b’suċċess mill-eżami fl- Award in Medical Maltese for Clinical Workers Part 1 u Part 2 tal-Jobsplus jew Maltese Language SEC O'level bi grad 5 jew aħjar, miksuba mill-Università ta’ Malta. Resident Specialists li ma jkunux kisbu dan iċ-ċertifikat fiż-żmien ta’ prova jingħataw estensjoni ta’ darba biex jiksbu b’suċċess dan iċ-ċertifikat. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu għandu jitħallas mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jintalbu lura permezz tal-iskema Continuous Medical Education (CME).
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament minn jekk huwiex fl-istess linja ta’ karriera jew le.
Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.
5.2 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet l-applikanti għandhom ukoll aktar minnhekk:
(i) ikollhom isimhom imniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Ostetriċija u Ġinekoloġija miżmum mill-Kunsi l Mediku ta' Malta; jew
( ii) ikunu approvati li isimihom jitniżżel fir-Reġistru għal-Ispeċjalisti tal-Ostetriċija u Ġinekoloġijamiżmum mill-Kunsill ta' Malta; jew
(iii) (a) ikollhom Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ ta' Speċjalist (CCT) maħruġ mill-Kumitat għal-Akkreditazzjoni ta' Speċjalist (SAC) ta' Malta għal-Ostetriċija u Ġinekoloġija, li juri li l-applikant temm tali taħriġ speċjalizzat li jista' jkun mitlub għal-Ostetriċija u Ġinekoloġija; jew
(b) ikollhom kwalifika ta' speċjalist ekwivalenti għas-CCT għal-Ostetriċija u Ġinekoloġijali tkun maħruġa mill-awtorita' kompetenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif imniżżel f' Parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa ta' Malta; jew
(c) ikollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta' speċjalist dment li ma' din tinhemeż dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-Kumitat għal-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta, li tiddikjara li l-kwalifika/ esperjenza huma suffiċjenti sabiex tabib ikun reġistrat mal-Kunsill Mediku ta' Malta bħala Speċjalist fl-Ostetriċija u Ġinekoloġija.
5.3 L-applikant magħżul li jkun eliġibbli taħt paragrafu 5.2 (iii) (c) hawn fuq irid ikun imniżżel fir-Reġistru għalIspeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta u jrid ikun ukoll irreġistat bi sħiħ mal-Kunsill Mediku ta' Malta qabel il-ħatra.
5.4 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii) (b) u paragrafu 5.2 (iii) (c) hawn fuq iridu jiksbu dikjarazzjoni ta' rikonoxximent mill-Kumitat għal-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta li tikkonferma li l-kwalifiki tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ ta' Speċjalist (CCT) maħruġ mill-Kumitat għal-Akkreditazzjoni Speċjalisti ta' Malta.F' każ ta' kwalunkwe diffikulta', il-parir tal-Kumitat għal-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta għandu jkun mitlub. Sabiex tiġi ffaċilitata r-referenza, is-sit eletroniku tal-Kumitat għal-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta jista' jiġi kkonsultat fuq https://medicalsac.gov.mt/en/accreditation/.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Direttorat tal-People Management Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa |
Contact Persons : | Dr Renzo De Gabriele Segretarju Permanenti |
Address : | 15, Palazzo Castellania Triq Merkanti Valletta,VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.