Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Job Description |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Practice Nurse (Practice Development) fl-iSptar ta' Riabilitazzjoni Karin Grech (RHKG) fil-Ministeru għas-Saħħa.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).
2.2 Is-salarju ta’ Practice Nurse huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2023 huwa ta’ €27,697.53 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €30,884.55.
2.3 Persuna fil-ħatra ta' Practice Nurse (Skala Salarju 7) tkun intitolata li tirċievi training allowance ta' €500 fis-sena. Din it-training allowance titħallas f'żewġ pagamenti indaqs kull sena.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Practice Nurse (Skala Salarju 7) għanda tibbenefika minn Performance Management Allowance annwali foss ta' €300 kull sena u ħlas ta' performance relatat ma' allowance sa massimu ta' €1,200 kull sena.
2.5. Persuna maħtura tkun intitolata għal tali beneffiċji oħra, u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jistgħu jkunu mnizżlin fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.6 Persuna maħtura tkun meħtieġa twettaq dmirijiet fi ħdan l-istess entità għal perjodu ta’ tliet (3) snin mid-data tal-ħatra.
2.7 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qiegħda tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
2.8 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC/ADAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita.
Dmirijiet
3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Practice Nurse (Practice Development) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċĊirkolari.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma' dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171, li jista’ jiġi kkuntattjat ukoll fuq [email protected].
3.2 Persuna maħtura tista’ tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta’ Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.
L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbilita’ l-oħra kollha. Dawn l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’:
(i) Staff Nurse, b’mill-inqas tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fil-grad u b’mill-inqas seba’ (7) snin servizz fil-klassi li jinkludi servizz temporanju u każwali;
JEW
(ii) Staff Nurse , b’aggregat ta’ ħames (5) snin servizz sodisfaċenti fil-grad li jinkludi servizz temporanju jew każwali;
JEW
(iii) Senior Staff Nurse fi Skala ta’ Salarju 8 jew fi Skala ta’ Salarju 7 b’aggregat ta’ ħames (5) snin servizz sodisfaċenti fil-klassi li jinkludi servizz temporanju jew każwali;
JEW
(iv) Charge Nurse (Skala ta’ Salarju 7).
Persuni li jinħatru f’dan il-grad ta’ Practice Nurse (Practice Development) għandhom jitqiesu bħala li awtomatikament ikunu rrinunzjaw kwalunkwe gradi preċedenti li dawn setgħu kellhom, skont ir-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Madankollu, il-komputazzjoni tas-servizz m'għandhiex tkun affettwata b'mod negattiv.
L-applikanti kollha li japplikaw bis-saħħa tal-proviżjonijiet ta’ Paragrafu 4.1 ta’ din is-sejħa tal-applikazzjonijiet, għandu jkollhom degree Masters rikonoxxuta, xierqa f’Livell 7 tal-MQF (b’minimu ta’ 90 ECTS/ECVET krediti*). Jekk il-persuna magħżula ma jkollhiex il-kwalifika stipulata fis-sejħa partikulari għall-applikazzjoniiet, il-kandidat/a ikun jew tkun obbligat/a li ssegwi studji li jwasslu b’suċċess għall-kwalifika rilevanti stipulata fis-sejħa għallapplikazzjoni rispettiva fi żmien erba’ (4) snin mill-ħatra f’dan il-grad, liema żmien jista’ jiġi estiż għal sitt (6) snin f’każ ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali u ġustifikati. Persuna mpjegata tista’ ukoll titlob id-direzzjoni talAmministrazzjoni meta tagħżel is-suġġett tal-kwalifika qabel ma tibda l-kors post-graduate speċifiku.
*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta’ Dmirijiet Rekwiżiti tal-Eliġibbilita’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm ikun ivverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET.
Aktar minhekk, il-Ministeru għas-Saħħa jevalwa, fuq bażi annwali, sa fejn wasal il-progress għall-kisba talkwalifika speċifika. Jekk il-progress li jkun sar għall-kisba tal-kwalifika speċifika ma jkunx għas-sodisfazzjon talAmministrazzjoni, il-ħatra tista’ tiġi tterminata. Jekk il-persuna maħtura tonqos milli ttemm b’suċċess il-kwalifika speċifika meqjusa bħala meħtieġa, il-persuna maħtura terġa’ lura għall-grad applikabbli li l-persuna li qed tapplika kellha qabel ma tkun applikat għall-grad ta’ Practice Nurse (Skala ta’ Salarju 7).
Qed jiġi hawnhekk ikkjarifikat li uffiċjali fil-grad ta’ Practice Nurse (Skala ta’ Salarju 7) li għandhom postgraduate degree Masters xierqa f’Livell 7 tal-MQF (b’minimu ta’ 90 ECTS/ECVET krediti*) jew li kisbu tali kwalifika xierqa u rikonoxxuta stipulata fis-sejħa għall-applikazzjoni rispettiva wara d-data tal-ħatra skont il-provvediment hawn fuq, ma jkunux eliġibbli biex jibbenefikaw mill-qualification allowance, ladarba l-kwalifika tkun prerekwiżita.
Ladarba jidħol fis-seħħ Artiklu 29(4) tal-Att Dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kap 464) dwar it-twaqqif tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti rilevanti, ir-rekwiżit biex persuna tidħol fil-grad ta’ Specialist Nurse (Skala ta’ Salarju 7) ikun dak ta’ infermiera speċjalista skont kif determinat mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti u skont l-akkreditazzjoni xierqa bħala speċjalist/a mill-Kumitat imsemmi, u n-numru minimu ta’ snin ta’ serviżż fin-nursing speċifikat fil-provvedimenti hawn fuq imsemmija.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Diċembru, 2023. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.
(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1.
(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippubblikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa People Management Division |
Contact Persons : | Ms. Maureen Mahoney |
Address : | 15, Palazzo Castellania Triq Merkanti Valletta, VLT 1171 |
Telephone : | +356 2299 2604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.