Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A - National Liaison Officer (European Labour Authority) Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Fondi Ewropej, Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ National Liaison Officer (European Labour Authority) fid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fi ħdan il-Ministeru għall-Fondi Ewropej, Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
Salarju
3.1 Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ National Liaison Officer (European Labour Authority) huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (ekwivalenti għal €34,813.85 fl-2026), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar. Barra minn hekk, għat-tul ta' dan l-assignment, in-National Liaison Officer (European Labour Authority) ser jirċievi l-benefiċċji u l-allowances pagabbli kif spjegati fil-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas'.
3.2 Il-Kandidat magħżul ikun intitolat ukoll għal allowance ta' sussistenza kuljum allowance ta' sussistenza fix-xahar skont id-distanza bejn Malta u l-post tas-sekondar (Bratislava), li jkunu pagabbli mill-Awtorita` Ewropea tax-Xogħol, ekwivalenti għall-ammont li jkun stabilit kull sena mill-Kummissjoni Ewropea.
3.3 F'każijiet fejn il-persuna magħżula tkun diga` qed sservi fil-pożizzjoni ta' Skala ta' Salarju, benefiċċju u allowances li huma ogħla min dawk stabbiliti f'paragrafu 3.1 hawn fuq, il-kumpens applikabbli f'dawn il-każijiet eċċezzjonali meta jerġa' jinħatar għandu jkun tal-ogħla skala, benefiċċju u allowances.
3.4 Għat-tul tal-Ftehim, in-National Liaison Officer (European Labour Authority) ikun marbut mal-''Conditions of Service for Officers Serving Overseas'' (MFA 9/2015; CONDSER January 2026 V1.3) li jistgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ National Liaison Officer (European Labour Authority) fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta' kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta' impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta' trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta' impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f'(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta' trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f'Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar "Status ta' Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi)", jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- fil-pussess ta' dokument tar-residenza maħruġ skont 'Status ta' Residenza ta' Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f'Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunita` Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.'
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
L-applikanti għandhom:
ii. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija jew dik Ingliża (minumu ta' livell B2), u
iii. ikollhom kwalifika ta' Masters riknoxxuta f'Livell 7 (suġġett għall-minimu ta' 90 ECTS krettu jew ekwivalenti)* fl-Istudji Ewropej jew Relazzjonijiet Internazzjonali jew Public Policy jew Liġi jew Social Sciences jew Business Administration jew f'oqsma relevanti kif determinat mill-Maniġment flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti.
*Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta b'minimu ta' 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Masters rikonoxxuta mill-Universita` ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita` ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli ma' mill-inqas 60 krettu ECTS.
JEW
iv. fil-pussess ta' kwalifika tal-Baċċellerat rikonoxxut f'Livell 6 tal- MQF (suġġett għall-minimu ta' 180 ECTS jew ekwivalenti)*, fl-Istudji Ewropej jew Relazzjonijiet Internazzjonali jew Public Policy jew Liġi jew Social Sciences jew Business Administration, jew f'oqsma relevanti kif determinat mill-Maniġment, flimkien ma' tlett (3) snin esperjenza ta' xogħol relevanti.
*Kwalifika ta' Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożiżżjoni tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita` ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita` ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta' 180 krettu ECTS.
Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b'differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta' kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta' eliġibilita`.
Barra minn hekk:
v. bħala alternativa għal 5.1 (ii) l-kandidati għandu jkollhom għarfien avvanzat ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti (livell B2) ta' lingwa oħra tal-Unjoni, kif meħtieġ għat-twettiq ta' dmirijiethom. Peress li l-lingwa ewlenija fil-ħidma tal-ELA hija l-Ingliż, il-kandidtati għandu jkollhom ħakma eċċellenti tal-Ingliż, kemm mitkellem kif ukoll miktub; u
vi. ikollhom tal-inqas tlett (3) snin esperjenza professjonali f'wieħed jew iktar mill-oqsma taħt il-mandat tal-European Labour Authority, f'oqsma relatati mal-mobbilita` fix-xogħol EU cross-border jew koordinazzjoni ta' sigurta`soċjali jew posting of workers jew free movement of workers jew spezzjonijiet tax-xogħol, preferibbilment f'kuntest multilingwali u multinazzjonali; u
vii. ikollhom mill-inqas tlett (3) snin esperjenza professjonali f'funzjonijiet amministrattivi, legali, xjentifiċi, tekniċi, konsultattivi jew superviżorji; u
viii. ill-kandidati jridu jkunu ħadmu mal-amministrazzjoni li timpjegahom fuq bażi permanenti jew kuntrattwali għal mill-inqas tnax (12)-il xahar qabel is-sekondar tagħhom u għandhom jibqgħu fis-servizz ta' dik l-amministrazzjoni matul il-perjodu kollu tas-sekondar; u
ix. ikollhom skills fl-IT suffiċenti biex iwettqu l-kompiti mistennija f'din il-pożizzjoni.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 (i) Fid-dawl tan-natura speċifika ta' din il-pożizzjoni, il-kandidati huma mistennija li jkunu kisbu l-kwalifika tagħhom jew ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjoni.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
5.3 Il-Kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f'din il-pożizzjoni skont 5.1 - 5.2 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjoinijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
5.4 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta' dikjarazzjoni ta' rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita' pertineti oħra. kif applikabbli (ara l-link aktar 'l isfel).
https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg |
Contact Persons : | Doreen Bonello/Kylie-Marie Cassar |
Address : | DIER, 121, Triq Melita, Valletta VLT 1121 |
Telephone : | 23975174/23975210 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.