Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Post ta’ 1st Line Border Control Officer fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta` u x-Xogħol

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata il-Ġimgħa, 7 ta' Novembru 2025


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 07/11/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 21/11/2025 17:15
    Ministeru: Ministry for Home Affairs, Security and Employment

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument ANNEX A 
  1. Is-Segretarju Permanenti,  Mnisteru għall-Intern, is-Sigurta` u x-Xogħol jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ 1st Line Border Control Officer fid-Dipartiment tal-Pulizija, fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta` u x-Xogħol.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Is-salarju ta’ 1st Line Border Control Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 14, li fis-sena 2025 huwa ta’ €19,591.02 fis-sena, li jiżdied b’€316.83 fis-sena sa massimu ta’ €21,492.00. 

2.3  1st Line Border Control Officer jitla' fi Skala ta' Salarju 13 (li fis-sena 2025 huwa ta' €21,042.00 x €335.50 - €23,055.00) wara sentejn (2) ta' servizz sodisfaċenti fil-grad.
.
2.4 1st Line Border Control Officer jiprogressa għal Skala ta' Salarju 12 ( li fis-sena 2025 huwa €22, 526.00 x €354 - €24,650.00) wara ħames (5) snin servizz fi Skala ta' Salarju 13, jekk ikun qeda  dmiru b’mod sodisfaċenti. 

2.5 1st Line Border Control Officer fi Skala ta' Salarju 12 jiprogressa għal Skala ta' Salarju 11 (li fis-sena 2025 huwa ta' €24,038.98 fis-sena, b'żidiet ta' €375.17 sa massimu ta' €26,290.00), wara sentejn (2) servizz sodisfaċenti fi Skala ta' Salarju 12.

2.6 1st Line Border Control Officer fi Skala ta' Salarju 11 jiprogressa għal Skala ta' Salarju 10 (li fis-sena 2025 huwa ta' €25,570.98 fis-sena, b'żidiet annwali ta' €407.67 sa massimu ta' €28,017.00).

2.7 1st Line Border Control Officer b'ħames (5) snin esperjenza fil-klassi ta' Border Control, u fil-pussess ta' kwalifika rilevanti f'livell 5 tal-MQF (b'minimu ta' 60 ECTS kretti jew ekwivalenti*) skont kif determinat mill-maniġment, jiprogressa għal Skala ta' Salarju 10 (li fis-sena 2025 huwa €25,570.98, b'żidiet annwali ta' €407.67 sa massimu ta' €28,017.00).

* Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60 ECTS kretti, hekk kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali) 


2.8 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.

L-applikanti jkunu soġġetti ghal-security clearance matul il-proċess kollu tar-reklutaġġ.

2.9 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ 1st Line Border Control Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu

  1. ċittadini ta’ Malta; 
  2. kapaċi jikkomunikaw bil-Lingwi tal-Malti u ta' l-Ingliż sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni
  3. ikollhom kwalifika rikonoxxuta f'livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 kretti ECTS jew ekwivalenti*), li s-suġġetti priċipali jew sekondarji jkunu preferibbilment fl-ICT jew Amministrazzjoni jew Customer Care jew Lingwi jew Studji Ewropej jew Ġografija jew Studji Terroristiċi jew Matematika jew Fiżika jew Kriminoloġija jew Psikoloġija jew Kimika jew Bijoloġija jew Diplomazija jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli.
* Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 120 kretti ECTS, hekk kif applikabbli, hija aċċettata biss, suġġetta għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
     
4.2 i. Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 iii jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

ii. Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
         
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        


Ministry / Department :

 Dipartiment tal-Pulizija

Contact Persons :

 Stephanie Farrugia

Address :

 Kwartieri Generali tal-Pulizija, Furjana

Telephone :

 21224001

Email address :

 [email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.