Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Post ta' Uffiċjal tal-Pulizija ghall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita` fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta` u x-Xogħol

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 19 ta' Diċembru, 2025


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Bl-Uniformi u Sigurtà
    Data ppubblikata: 19/12/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 06/01/2026 17:15
    Ministeru: Ministry for Home Affairs, Security and Employment

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument ANNEX A 
Ara d-dokument ANNEX B 
1. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta’ u x-Xogħol, jilqa' applikazzjonijiet għall-post ta' Uffiċjali tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita` (Police Patrol u Community Support Officers, PPCSO), fid-Dipartiment tal-Pulizija, fil-Ministeru tal-Intern, is-Sigurta` u x-Xogħol.

2.1     Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta' probation ta' sena (1).

2.2     Is-salarju ta' Uffiċjal tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita` (PPCSO) huwa ta' Skala ta' Salarju 16, li fl-2025 huwa ta' €16,915.00 fis-sena, li jiżdied bi €263.00 fis-sena sa massimu ta' €18,493.00.

2.3     Waqt iż-żmien li l-kandidati jkunu qed jattendu l-kors ta' Trainee bħala Uffiċjali tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita`, se jitħallsu salarju proporzjonat sal-punt tad-dħul fi Skala ta' Salarju 16 (€16,915.00 fis-sena 2025). Mat-telestija b'suċċess tat-taħriġ rispettiv, l-Uffiċjal tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita' jitla' fi Skala 16 Step 3 (li fl-2025 huwa ta' €17,441.00) 

2.4     Persuna fil-grad ta’ Uffiċjal tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita' titla' fi Skala ta' Salarju 15 (li fl-2025 huwa ta' €18,188.00 x €298 - €19,976.00) wara l-perjodu ta' prova, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.

2.5     Uffiċjali tal-Pulizija għal-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita` jkunu eliġibbli li jsiru membri tal-Korp ladarba jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbilta` fi żmien ħames (5) snin mill-ħatra tagħhom.  Ladarba jsiru Kuntistabbli tal-Pulizija, is-servizz tagħhom bħala Uffiċjali tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita` jiġi kkunsidrat bħala servizz mal-Korp u għandu jkollhom is-snin ta' servizz imwettqa  bħala Uffiċjali tal-Pulizija għall-Patrol  u għall-Appoġġ fil-Komunita` mgħaduda fuq proporzjon ta' 1:0.5 biex jiġu kkunsidrati fuq bażi nozzjonali għall-fini ta' skala ta' salarju u bil-għan li jingħaqdu mal-Korp bħala uffiċjal ġuramentat.   

2.6  Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta' kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandhom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorita` kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeġuq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.

Madankollu l-applikanti jkunu soġġetti ghal security clearance matul il-proċess kollu tar-reklutaġġ u dawk li qed japplikaw minn Korpi Dixxiplinati ohra se jkunu ukoll suġġetti ghall-kondotta ta' performance mill-Korpi Dixxiplinati tagħhom.

2.7     Uffiċjali tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita jistgħu jaħdmu fuq sistema ta' xift.  F'dan il-każ, allowances skond il-PSMC japplikaw.

2.8   Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-DIrettiva 16, dwar "Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u Ġestjoni ta' Kunflitti ta' Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika, maħrug mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta' Novembru 2023 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta' interess potenzjali. F'dan ir-rigward, il-kandidati li għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom.  Kwalunkwe kwistjoni ta' kunflitt ta' interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta' nteress ikunu mmaniġjati b'mod xieraq.

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Uffiċjali tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita` jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. ​


Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
  1. ċittadini ta' Malta;
  2. ikunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b'mod suffiċjienti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
  3. fil-pussess ta' School Leaving Certificate komplut;
  4. ikunu għalqu t-tmintax (18)-il sena sal-aħħar ta' Dicembru 2025;
  5. ikunu medikament b'saħħithom f'kull rispett, kemm fiżikament kif ukoll mentalment, skont l-istandard mediku ta' saħħa fil-Korp biex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri kollha ta' Uffiċjal tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita`;
  6. applikazzjonijiet minn kandidati li jkollhom fuq il-persuna tagħhom Tattoos u/jew heavy body piercing u/jew modifikazzjonijiet oħrajn jiġu regolati mill-policy tal-Malta Police Force Tattoos fil-link: http://pulizija.gov.mt/en/police-force/police-vacancies/Documents/POL-TAT.pdf;
  7. applikazzjonijiet minn kandidati li għandhom body modification u/jew body piercing jigu kkunsidrati skont il-każ.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta' karriera differenti jew f'pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw ghal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta' karriera jew le.  Reverżjoni għall-ħatra precedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta' studju rikonoxxut f'livell tal-MQF ogħla minn dak miktub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll.  Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b'suċċess  il-kretti meħtiega tal-ECTS, jew ekwivalenti , u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta' rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita' pertinenti oħra, kif applikabbli skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar 'l isfel.)

4.3 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta' Officer in Scale permezz ta' deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta' dak ta' grad ogħla fl- istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta' dik tal-ħatra ta' Officer in Scale.

Is-snin ta' servizz mid-data ta' meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta' servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet. 

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta' servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta' ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.

Kwalunke rekwiżit ieħor ta' eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.5  Barra minn hekk, kandidati li huma proviżorjament eliġibbli jintalbu jattendu fil Kwartieri Generali tal-Pulizija, il-Furjana, sabiex jimlew formoli ta' kunsens u dikjarazzjoni. Matul il-proċess kollu sal-istadju tal-ħatra, jsir screening adekwat fuq kull kandidat. Jekk jirrizulta li jew id-dikjarazzjoni sottomessa tkun falza jew l-applikant jonqos milli jissodisfa l-livell ta' kondotta meħtieġa , il-kandidat jiġi skwalifikat u jkun eskluż milli jipproċedi fil-proċess tal-għażla.



Ministry / Department :

 Dipartiment tal-Pulizija

Contact Persons :

 Stephanie Farrugia

Address :

 Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija - il-Furjana

Telephone :

  21224001

Email address :

  [email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.