Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A - Trainee Tradesperson |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti (Nies u Stndards), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet mingħand studenti adatti minn barra s-Servizz Pubbliku ta’ Malta li qegħdin isegwu kors full-time mal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) jew istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta li jwassal għal Diploma/Extended Diploma/Advanced Diploma/Higher Diploma akkreditata f’Livell 3, 4 jew 5 tal-MQF fl-oqsma elenkati fl-Anness A biex jiġu ingaġġati bħala Trainee Tradesperson fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
Salarju
2.1 Trainee Tradespersons jibqgħu jsegwu l-kors fil- Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) jew fl-istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta u jidħlu fi studju u work placement fi ħdan is-Servizz Pubbliku.
2.2 Il-work placement isir matul is-sena skolastika kollha skont it-tfassil tal-kors, u waqt il-vaganzi akkademiċi tas-sajf. Il-vacation leave jista’ jittieħed biss waqt il-work placement. Il-leave minħabba mard u vacation leave jiġi kkalkulat fuq bażi pro-rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma.
2.3 Matul il-work placement, il-persuni maħtura jkunu meħtieġa wkoll li jtemmu l-programm ta’ induzzjoni applikabbli kif organizzat mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi għal uffiċjali pubbliċi li jkunu għadhom kif ġew ingaġġati.
2.4 Sakemm idum il-kors, is-Servizz Pubbliku ta’ Malta u l-MCAST jew l-istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta se jikkollaboraw biex jaqsmu informazzjoni dwar l-istudji u l-prestazzjoni tal-istudenti.
2.5 Is-salarju ta’ Trainee Tradesperson huwa ta’ Skala ta' Salarju 18, li fis-sena 2025 huwa ta’ €14,310.00 fis- sena, li jiżdied b’€222.00 fis-sena sa massimu ta’ €15,642.00. It-Trainee Tradespersons jitħallsu fuq bażi pro-rata skont is-sigħat maħduma.
2.6 Bonus u income supplement ikunu wkoll fuq bażi pro-rata skont l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali u leġiżlazzjoni oħra rilevanti. Din ir-remunerazzjoni ma taffettwax id-dritt tal-istudent għall-istipendju.
2.7 Trainee Tradesperson li jtemm il-kors b’suċċess u jikseb kwalifika fl-oqsma elenkati fl-Anness A, jiġi promoss awtomatikament għall-wieħed mill-gradi li ġejjin skont il-livell ta’ kwalifika miksuba kif elenkat fil-Ftehim li jappartjeni għat-Tradesperson Stream datat 15 ta’ Mejju 2024: Tradesperson II fi Skala ta’ Salarju 14 (€19,591.02 x €316.83 - €21,492.00 fis-sena 2025); Tradesperson II fi Skala ta’ Salarju 13 ( (€21,042.00 x €335.50 - €23,055.00 fis-sena 2025); jew Tradesperson III fi Skala ta’ Salarju 12 (€22,526.00 x €354.00 - €24,650.00 fis-sena 2025).
2.8 Tradesperson II / Tradesperson III ikun obbligat li jaħdem għal minimu ta’ sentejn (2) servizz (ekwivalenti għal 4,000 siegħa) mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta. Ix-xogħol li jsir mas-Servizz Pubbliku matul it-traineeship huwa parti mill-4,000 siegħa.
2.9 Il-ħatra ta’ Tradesperson II / Tradesperson III hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur. Il-ħatriet huma fuq bażi full-time u huma suġġetti għar-regoli u r-regolamenti li jirregolaw is-Servizz Pubbliku ta’ Malta u jinvolvu l-possibilita’ li jiġu trasferiti fi ħdan is-Servizz Pubbliku biex jiġi żgurat li s-servizz jingħata b’ mod effettiv.
2.10 It-Tradesperson II / Tradesperson III ikun intitolat ukoll għal dawk il-benefiċċji u dawk il-kundizzjonijiet u obbligi kif stipulat fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Uffiċjali li jaqgħu taħt il-Ftehim li jappartjeni għat-Tradesperson Stream.
2.11 L-istudenti li japplikaw permezz ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li bħalissa qed isegwu kors f’Livell 3 jew 4 tal-MQF, se jkollhom l-opportunita’ li jkomplu bl-avvanz akkademiku tagħhom. B’mod speċifiku, l-istudenti li jlestu l-Livell 3 se jkunu eliġibbli biex javvanzaw għall-Livell 4, filwaqt li l-istudenti li jtemmu l-livell 4 jistgħu javvanzaw għall-livell 5. Madankollu, għandu jiġi nnotat li aktar avvanz lil hinn mil-Livell 5 mhux se jkun disponibbli permezz ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Dawn l-istudenti jibqgħu ingaġġati bħala Trainee Tradespersons sakemm idumu bl-istudji tagħhom taħt din l-iskema iżda ladarba l-istudji tagħhom jiġu konklużi xorta jkunu intitolati li jinħatru fi grad li jkun skont il-livell tal-kwalifika miksuba.
2.12 Għal korsijiet li jeħtieġu komponent ta’ apprendistat, il-kandidati magħżula jagħmlu l-imsemmi perjodu ta’ apprendistat waqt il-work placement tagħhom fi ħdan is-Servizz Pubbliku, skont ir-regolamenti u l-obbligi msemmija fl-Att dwar Tagħlim ibbażat fuq ix-Xogħol u l-Apprendistat. It-tlestija b’suċċess tal-apprendistat hija rekwiżit obbligatorju għal dawn il-kandidati, u s-sigħat kollha maħduma matul il-work placement jiġu kkreditati lejn l-apprendistat tagħhom.
2.13 Trainee Tradespersons li ma jiksbux il-kwalifika fi tmiem il-kors tal-istudji tagħhom, ikollhom il-kuntratt tagħhom bħala Trainee Tradespersons terminat u ma jiġux maħtura bħala Tradesperson II / Tradesperson III.
2.14 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan- notifika tal-ħatra.
2.15 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il- kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet assenjati lit-Trainee Tradespersons waqt il-work placement tagħhom fis-Servizz Pubbliku jkunu konformi mal-oqsma ta’ studju li jkunu qed jiġu segwiti. Dan se jipprovdi lill-kandidati l-opportunita’ li jiġu sorveljati filwaqt li japplikaw l-għarfien akkademiku tagħhom f’ambjent ta’ xogħol prattiku.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
i. a. ċittadini ta’ Malta; jew
b. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
c. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
d. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
e. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal- membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal- 2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
f. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill- Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal- Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża;
U
iii. Ikunu rreġistrati bħala studenti full-time mal-MCAST jew istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta u jkunu qegħdin isegwu wieħed mill-korsijiet elenkati fl-Anness A.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
| Ministry / Department: | Office of the Prime Minister - People and Standards Division |
| Contact Person: | Ms Marlene Debattista / Ms Silvana Portelli |
| Address: | 3, Castille Place, Valletta |
| Telephone: | 2555 2007 / 2200 1324 |
| Email address: | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.