Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager (Paying Agency)

     Nru. ta' Referenza Gażżetta tal-Gvern idatata 31 ta' Lulju, 2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 31/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 14/08/2026 13:30
    Ministeru: Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Manager (Paying Agency) fil-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel.

3.1 Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Manager (Paying Agency) huwa ekwivalenti għal increment inqas millmassimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (ekwivalenti għal €34,813.85 fl-2026), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra, wara it-tlestija tal-probationary period ta' sena (1) jew tlestija ta’ sena servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.

3.2 Persuna magħżula tkun intitolata wkoll għall:

i) Performance bonus sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku tagħha. Ir-rata attwali tiġi stabbilita' b'diskrezzjoni tas-Segretarju Permanenti (MAFF);

ii) Disturbance allowance (minflok overtime) ta' 15% tas-salarju rispettiv li jista', f'ċirkustanzi eċċezjonali ugħall-perjodi speċifiċi kif awtorizzat mis-Segretarju Permanenti rispettiv, tista' tiżdied għal 25%;

U

iii) Pro-rata responsibility allowance, stabbilita' għal 25% tal-iskala tas-salarju rispettiv.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Manager (Paying Agency) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
U
  1. a) ikunu fil-pussess ta' Master's Degree fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 90 ECTS krettu jewekwivalenti*) fl-Accountancy, jew Business Studies, jew Finance, jew Banking, jew Public Policy, jew Environment / Earth Systems, jew Agriculture, jew Communications, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli professjonali fil-Livell 7 tal-MQF fl-Accountancy, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mil-maniġment, u sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti għal rwol relatat ma' finanzjament tal-UE;
JEW
  1. b) fil-pussess ta' Bachelor's degree fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 180 ECTS krettu jew ekwivalenti**) fl-Accountancy, jew Business Studies, jew Finance, jew Banking, jew Public Policy, jew Environment / Earth Systems, jew Agriculture, jew Communications, jew Kwalifika rikonoxxuta komparabbli professjonali fil-Livell 6 tal-MQF fl-Accountancy,  jew f'oqsma rilevanti kif determinat mil-maniġment, u tlett (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti għal rwol relatat ma' finanzjament tal-UE;

JEW
  1. c) huma Uffiċjali Pubbliċi fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 10, jew impjegati fi-Settur Pubbliku li qed jaqdu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku, jew ħaddiema tal-RSSL, it-tnejn fl-livell ta' responsabbilta' komparabbi, b'sitt (6) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti għal rwol relatat mal-finanzjament tal UE.

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bilkundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Master's mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li lammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS.

** Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li lammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS.
       
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 


Ministry / Department :

Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel

Contact Persons :

Andrew Galea

Address :

Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Agriculture Research and Innovation Hub, Triq l-Ingiered, Luqa, LQA 3300

Telephone :

2339 7227

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.