Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Chief Coordinator

     Nru. ta' Referenza Government Gazette No 20,069

    Pubbliku Ġenerali  

    Definita Raġuni Oġġettiva  

    Pożizzjonijiet ta' Kapijiet
    Data ppubblikata: 12/10/2018 14:00
    Data tal-għeluq: 26/10/2018 12:00

Konnessjoni
Ara d-dokument Chief Coordinator_Eng 
Is-Segretarju Permanenti (Amministrazzjoni), Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoniet ta’ Chief Coordinator fi ħdan il-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD), il-Funds and Programmes Division (FPD) u l-Strategy and Implementation Division fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza (MEAE).

Is-salarju għall-pożizzjoni ta’ Chief Coordinator huwa ekwivalenti ta’ Skala ta’ Salarju 4, li fl-2018 huwa ta’ €34,504.00. Il-persuna magħżula tkun ukoll intitolata għall-performance bonus u benefiċċji oħra skont kif japplikaw għall-uffiċjali li jinħatru f’pożizzjoni ta’ Kapijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, suġġett għal dak li hemm f’klawsola 2.6 aktar il-fuq . Il-persuna magħżula tkun intitolata għal responsibility allowance addizjonali ta’ 25% ta’ l-iskala tas-salarju rispettiv.

Dmirijiet

Il-pożizzjoni ta’ Chief Coordinator tirrikjedi ħiliet ta’ tmexxija u management, kif ukoll il-kapaċità fil-komunikazzjoni u dik interpersonali, partikolarment fl-oratorija pubblika, kitba ta’ rapporti u ICT. 

Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Chief Coordinator jinkludu inter alia: 

i) Tmexxi, tikkordina w taqdi dmirijiet f’dak li jikkonċerna funzjonijiet tal-Managing Authority, funzjonijiet tal-Competent Authority, funzjonijiet tal-EU Certifying Authority, l-ifformular ta’ l-strateġiji w l-ipprogammar u l evalwazzjoni w funzjonijiet tal-financial control għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment (ESIF) u fondi oħrajn skont ir-regoli nazzjonali w tal-EU ; 

ii) Tmexxi u tinvolvi ruħha fl-fformular relevanti ta’ l-istrateġija, żvilupp ta’ pjanijiet strateġiċi u operattivi u pprogrammar relatat, disinn ta’ Operational Programmes u dokumenti oħrajn applikabli għall-ESIF w fondi oħrajn bl-iskop ta’ implimentazzjoni effettiva;

iii) Tmexxi l-implimentazzjoni ta’ wieħed jew aktar Operational/Work programmes, pjanijiet u strumenti w arranġamenti li jikkonċernaw il-fondi;

iv) Tmexxi l-assessjar tekniku, timplimenta w tagħmel rakkomandazjonijiet rilevanti li jikkonċerna pjan relatat ma fondi Ewropej jew indikaturi ta’ programmi; 

v) Tmexxi attivitajiet relatati ma l-evalwazzjoni għall-programmi rispettivi ta’ strateġija u/jew operattivi inkluż monitoraġġ ta’ indikaturi għall-proġetti approvati jew koordinazzjoni ta’ kontroll finanzjarju; 

vi) Tipprovdi input tekniku u fuq policy u tipprepara memoranda, dokumenti u briefs relatati max-xogħol tad-Divizjoni pertinenti; 

vii) Tipprovdi management effetiv u tmexxija lill-uffiċċjali taħt superviżjoni;

viii) Tikkontribwixxi għax-xogħol tad-diviżjoni pertinenti biex jiġi assigurat koordinazjoni adekwat bejn l-aġenżiji fuq affarijiet relatati mal-użu u l-immobilizar tal-ESIF u fondi oħra u strumenti relatati mal-perjodu ta’ wara l-2020; 

ix) Tikkomunika ma Ministeri tal-Gvern u ma’ dipartimenti, awtoritajiet, aġenżiji u entitajiet f’Malta kif ukoll barra minn Malta kif neċessarju;

x) Tagħti s-sapport lid-Direttur Ġenerali pertinenti fl-immaniġjar tad-Diviżjoni u tikkomunika ma’ uffiċċjali oħra biex jiġi assikurat koordinazzjoni u sinerġija;

xi) Tikkordina, tmexxi u tipparteċipa f’laqgħat kif neċessarju;

xii) Ssiefer barra minn Malta fuq xogħol u/jew taħriġ kif determinat mis-Segretarju Permanenti, MEAE;

x) Twettaq dmirijiet oħra li jistgħu jiġu assenjati minn żmien għall-ieħor mis-Segretarju Permanenti, MEAE; 

xi) Taqdi dmirijiet oħra skont l-esiġenżi tas-Servizz Pubbliku kif mitlub mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

(i) (a) ċittadini ta’ Malta; jew

(b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

(c) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

(d) kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

(e) ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.

Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

(ii) ikunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża;

(iii) (a) Ikollhom kwalifika Master's rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti, rigward korsijiet li bdew minn Ottubru 2008) jew kwalifika professjonali komparabbli, flimkien ma' erba’ (4) snin esperjenza ta’ xogħol relevanti (li minnhom mill-anqas sentejn (2) iridu jkunu f’pożizzjoni ta’ management);

JEW

(b) Ikollhom kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti, rigward korsijiet li bdew minn Ottubru 2003) jew kwalifika professjonali komparabbli, flimkien ma' sitt (6) snin esperjenza ta’ xogħol relevanti (li minnhom mill-anqas sentejn (2) iridu jkunu f’pożizzjoni ta’ management);

Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVETS krediti, fir-rigward ta’ korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq jew ogħla, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-pożizzjoni li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.