Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Learning Support Educators fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax-il (12) xahar għal Learning Support Educator li jidħol fil-grad skont il-proviżjonijiet ta' paragrafu 2.2 u għal perjodu ta' prova ta' sitt (6) xhur għal Learning Support Educator li jidħol fil-grad skont il-proviżjonijiet ta' paragrafi 2.3 u 4.1 (iii).
2.2 Is-salarju għal post ta' Learning Support Educator għal dawk l-applikanti fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta sħiħa (Degree) f' Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fl-Inclusive Education jew kwalifika komparabbli, huwa ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2026 huwa ta’ €28,701.02 fis-sena, li jiżdied b’ €447.33 fis-sena sa massimu ta’ €31,385.00, u jitla’ fi Skala ta' Salarju 8, li fis-sena 2026 huwa, (€30,405.02 x €486.83 - €33,326.00) wara ħames (5) snin servizz fi Skala ta' Salarju 9, jekk il-persuna tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
* Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS.
2.3 Is-salarju għal post ta' Learning Support Educator, għal dawk l-applikanti fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta sħiħa (Diploma) f' Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 krettu ECTS jew ekwivalenti**) fl-Inclusive Education jew kwalifika komparabbli, huwa ta' Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2026 huwa ta' €25,435.00 fis-sena, li jiżdied b' €375.17 fis-sena sa massimu ta' €27,686.02, u jitla' fi Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2026 huwa, (€27,055.98 x €407.67 -€29,502.00) wara ħames (5) snin servizz fi Skala ta' Salarju 11, jekk il-persuna tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti, u jitla' fi Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2026 huwa, (€28,701.02 x €447.33 - €31,385.00) wara ħmistax-il (15) sena servizz sodisfaċenti fil-qasam ta' speċjalizazzjoni ta' Learning Support Educator.
** Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 60 ECTS krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).
2.4 Is-salarju għal post ta' Learning Support Educator, għal dawk l-applikanti li jidħlu fil-grad bir-rekwiżiti tal-eliġibilita' ta' paragrafu 4.1 (iii) huwa ta' Skala ta' Salarju 13, li fis-sena 2026 huwa ta' €22,217.00, li jiżdied b' €335.50 fis-sena sa massimu ta' €24,230.00, u jitla' fi Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2026 huwa, (€23,816.00 x €354.00 - €25,940.00) wara ħames (5) snin servizz fi Skala ta' Salarju 13, jekk il-persuna tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti, u jitla' fi Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2026 huwa, (€25,435.00 x €375.17 - €27,686.02) wara għaxar (10) snin servizz sodisfaċenti fil-qasam ta' speċjalizzazzjoni ta' Learning Support Educator.
2.5 Learning Support Educator regolari li jiksbu kwalifika rilevanti ogħla, jitqiegħdu fi Skala ta’ Salarju rilevanti skont il-kwalifika miksuba mid-data tal-kisba tal-kwalifika meħtieġa, jekk il-kwalifika tiġi ppreżentata fi żmien sitt (6) xhur mill-kisba. Jekk l-impjegati jdumu aktar minn dan il-perjodu biex jippreżentaw il-kwalifika tagħhom, dawn għandhom jiġu assimilati mid-data tal-preżentazzjoni tal-kwalifika. Għall-kjarifika u l-evitar tad-dubju titqies id-data tat-traskrizzjoni tal-kwalifika finali. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ evitar ta’ dubju, is-snin ta’ supply għandhom jingħaddu bis-sħiħ.
2.6 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal kundizzjonijiet u obbligi oħra kif jistgħu jkunu stipulati fil-Ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers (MUT) kif iffirmat fil-15 ta' Lulju 2024.
2.7 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.
Dmirijiet
Eliġibbiltà
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 30 ECTS krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).
Applikanti ingaġġati bħala LSE Supplimentari iridu japplikaw għal din is-sejħa biex jilħqu grad ta' LSE.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni |
Contact Persons : | Dipartiment tal-People Management |
Address : | Triq l-Assedju l-Kbir, Furjana |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.