Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Head (ICT & Data) - ENG |
| Ara d-dokument | Head (ICT & Data) - MLT |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Kap Eżekuttiv, Servizz.gov jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Kap (ICT u Data) fl-Aġenzija Servizz.gov fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Salarju
Il-pożizzjoni ta’ Kap (ICT u Data) iġġorr salarju ta’ €35,194 fis-sena (fl-2019). Barra minn hekk, Allowance ta’ Kommunikazzjoni ta’ €1,600 fis-sena, Expense Allowance ta’ €1,630 fis-sena u Car Allowance ta’ €4,658 fis-sena huma inklużi fil-pakkett finanzjarju.
Il-persuna magħżula tkun intitolati għall-ħlas ta’ performance bonus sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku, marbut ma’ xogħol sodisfacenti.
Dmirijiet
Il-pożizzjoni ta’ Kap (ICT u Data) iġġorr salarju ta’ €35,194 fis-sena (fl-2019). Barra minn hekk, Allowance ta’ Kommunikazzjoni ta’ €1,600 fis-sena, Expense Allowance ta’ €1,630 fis-sena u Car Allowance ta’ €4,658 fis-sena huma inklużi fil-pakkett finanzjarju.
Il-persuna magħżula tkun intitolati għall-ħlas ta’ performance bonus sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku, marbut ma’ xogħol sodisfacenti.
Eliġibbiltà
Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
(i) (a) ċittadini ta’ Malta; jew
(b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
(c) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
(d) kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
(e) ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
(ii) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża;
(iii) fil- pussess ta’ kwalifika Master’s rikonoxxuta f’livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET jew ekwivalenti, fejn jidħlu programmi li bdew minn Ottubru 2008) u kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta u relevanti f’livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET jew ekwivalenti, fejn jidħlu programmi li bdew minn Ottubru 2003) fl-Informazzjoni Teknoloġika u Kommunikazzjoni jew f’qasam ta’ studju relatat jew kwalifika professjonali komparabbli flimkien ma’ tliet (3) snin esperjenza ta’ xogħol relevanti f'ambjent tal-ICT.
Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilta’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.
Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell għola tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).
Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 5.1 - 5.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli.
Il-kwaliki u l-esperjenza li l- persuna jkollha għandhom ijintwerew b’ċertifikati u/jew dokumenti li kopja tagħhom għandha tkun scanned u mibgħuta permezz tar-Recruitment Portal fuq https://recruitment.gov.mt. Dawn id-dokumenti ma jistgħux jiġu sottomessi aktar tard minn jumejn (2) mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, taht l-ebda ċirkostanza.
Id-dokumenti oriġinali għandhom, mingħajr eċċezzjoni, jintwerew waqt l-intervista.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | HR Branch, Finance & Administration Directorate, Office of the Prime Minister |
Contact Persons : | Maryanne Xuereb, Romina Brincat |
Address : | Auberge de Castille, St Paul’s Street, Valletta |
Telephone : | 2200 1010, 2200 1016 |
Email address : |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.