Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Principal General Practitioner (Lead - Administrative) fl-Anzjanita' Attiva u Kura fil-Komunita'

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/ODPM/17/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 24/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 07/08/2026 13:30
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Job Duties 
1. is-Segretarju Permanenti, Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Prinicipal General Practitioner (Lead - Administrative) fl-Anzjanita' Attiva u Kura fil-Komunita' fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).

2.2 Is-salarju ta' Principal General Practitioner huwa ta’ Skala ta' Salarju 4, li fis-sena 2026 huwa ta’ €42,916 fis-sena.

2.3 Il-persuna maħtura tkun tista' taghżel li taħdem jew fuq bażi ta' Kuntratt A jew Kuntratt B.

2.4 Il-persuna maħtura fuq Kuntratt A jew Kuntratt B tkun meħtieġa li taħdem minn tal-inqas ħames (5) sessjonijiet kliniċi on-site fil-ġimgħa, imma job planning isegqi l-istess proċedura bħal dik ta' Senior General Pactitioners. Il-ħames (5) sessjonijiet kliniċi on-site fil-ġimgħa jistgħu jiġu sostitwiti minn sessjonijiet oħra jekk ikun hekk meħtieġ mill-Uffiċjal Mediku Ewlieni. Żewg (2) sessjonijiet żejda, jiġu offruti lill-persuna maħtura. Sessjonijiet addizzjonali żejda, sa massimu ta' sitt (6) sessjonijiet żejda fil-ġimgħa jistghu jiġu offruti lill-persuna maħtura kemm fuq Kuntratt A jew Kuntratt B.

2.5 Il-persuna appuntata tkun tirrispondi lill-Chief Executive Officer, Active Ageing and Community Care.

2.6 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

2.7 Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Principal General Practiitoner (Lead - Administrative)  jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

3.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża u dik Maltija sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

U

(ii) u ikunu fi grad ta' Senior General Practitioner b'sentejn (2) esperjenza fl-istess grad.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

Ministry / Department :

 Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

Contact Persons :

Dr Renzo De Gabriele - Permanent Secretary

Address :

 Palazzo Castellania, 15, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171

Telephone :

 +356 2299 2600

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.