Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Ingaġġ mill-Ġdid ta’ Uffiċjali Pubbliċi Irtirati/ li ser jirtiraw fil-gradi tan-Nursing jew Qwiebel u Ingaġġ ta’ Impjegati tan-Nursing jew Qwiebel Irtirati/ li ser jirtiraw biex iwettqu dmirijiet fuq bażi full-time/ part-time

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata' 16 ta' Jannar 2026


    Pubbliku Ġenerali - Sejħa Kontinwa  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 31/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 16/10/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument Annex A 
Ara d-dokument English Version 
Ara d-dokument Verżjoni bil-Malti 
Is-Segretarju Permanenti, Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas- Saħħa jilqaw applikazzjonijiet mingħand

1. Nurses jew Midwives li diġa laħqu l- età tal-irtirar (mhux aktar minn 70 sena) jew

2. Nurses jew Midwives li ħa jilħqu l-età tal-irtirar sal-31 ta’ Diċembru 2026

Dawn l-infermiera u l-qwiebel irtirati jew li se jirtiraw – kemm jekk uffiċjali pubbliċi attwali jew preċedenti jew individwi li qabel ma servewx bħala uffiċjali pubbliċi – huma mistiedna japplikaw biex iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta fuq bażi full-time jew part-time.

Persuna magħżula titħallas skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli kif stabbiliti mis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, u li jirriflettu l-ftehim Settorali tal-Klassi tan-Nursing / Midwives.

Persuna magħżula fil-grad ta' Nurse jew Midwife irtirat/li ser jirtira li jirritorna fis-Servizz Pubbliku biex iwettaq dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta titħallas skont is-Salarju u l-iskala li fiha kienet irtirat / li ser tirtira.

Nurses jew Midwives li kellhom kariga maniġerjali qabel l-irtirar tagħhom għandhomjitqiegħdu fil-grad ta’ Senior Staff Nurse jew Senior Midwife (kif inhu applikabbli) fuq l-iskala massima 7.

Dmirijiet

Skont l-Anness A mehmuż.

Eliġibbiltà

Il-kandidati jrid ikollhom l-istess rekwiżiti li s-soltu jkunu meħtieġa għal gradi bħal dawn fis- Servizz Pubbliku ta’ Malta inkluż ir-reġistrazzjoni mal-Kunsill għall-Infermiera u Qwiebel Malta u profiċjenza fil-lingwa Maltija u Ingliża.

Ministry / Department :

Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

Contact Persons :

Dr. Renzo De Gabriele

Permanent Secretary

Address :

15, Palazzo Castellania,

Triq Merkanti,

Valletta VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.