Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Salarju
Dmirijiet
3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma' dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista' jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected]
3.2 Persuni maħtura jiġu stazzjonati f'Ministeru rispettiv skont l-esiġenzi tas-servizz u ittri ta' ħatra jinħarġu mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv.
3.3 Il-kandidati magħżulin jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu fuq bażi ta' shift li jinkludi xogħol bil-lejl skont rosters stabbiliti. Staff Nurses / Psychiatric Mental Health Nurses ingaġġati fuq bażi part-time ikunu meħtieġa li jaħdmu minimu ta' 10 siegħat fil-ġimgħa u allokati f'rosters u sezzjonijiet skont l-eżiġenzi tas-servizz.
3.4 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-Servizz Pubbliku ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Management.
Eliġibbiltà
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja fin-Nursing/ Mental Health Nursing ġiet segwita billingwa Ingliża;
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (international English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT) : 60-80, CEFR : B2 jkunu wkoll aċċettati;
- billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikata full-time bħala infermiera rreġistrata fir-Renju Unit jew l-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellem l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa llingwa primarja u/jew uffiċjali.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva |
Contact Persons : | Ms. Maureen Mahoney (Direttur Ġenerali, People Management) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT1171 |
Telephone : | +356 2299 2604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.