Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | Manager (Projects) (CONvErGE) - Eng |
Ara d-dokument | Manager (Projects) (CONvErGE) - MLT |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Is-Segretarju Permanenti (Strateġija u Implimentazzjoni), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Manager (Projects) għall-proġett “ERDF 02.035 – Connected eGovernment (CONvErGE)” fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Salarju
Is-salarju għall-pożizzjoni ta’ Manager (Projects) huwa ekwivalenti għal Skala ta’ Salarju 7 bħalissa €24,153 fis-sena 2019 li jitla’ b’żidiet fis-sena ta’ € 531.17 sa massimu ta’ €27,340.
Dmirijiet
Id-dmirijiet ta’ Manager (Projects) jinkludu li :
a) Taħdem b’mod effettiv fl-implimentazzjoni tal-proġett CONvErGE mar-regoli applikabbli tal-Unjoni Ewropeja u dawk Nazzjonali ;
b) Taħdem mill-qrib mal-Project Leader u t-timijiet rispettivi responsabbli mill-komponenti partikolari tal-proġett CONvErGE biex jiġu żviluppati pjani ta’ ħidma skont l-applikazzjoni sottomessa u l-ftehim maqbul, li jinkludi iffissar ta’ kompitu, iskadenzi, moniteraġġ u sommarji tat-tmexxija tax-xogħlijiet assenjati ;
c) Tipparteċipa f’kull tip ta’ taħrig neċessarju kif rikjest mill-Project Leader għall-implimentazzjoni b’suċċess tal- proġett/i assenjat/a ;
d) Tipparteċipa fl-laqgħat kif rikjest/meħtieġ mill-Project Leader tal-proġett CONvErGE
e) Taħdem mill-qrib mal-Project Leader kif ukoll tassisti fl-immaniġjar tal-proġett waqt l-implementazzjoni u kif ukoll waqt l-awditjar ;
f) Tosserva il-proviżjonijiet tal-Manwal ta’ Proċeduri u pubblikazzjoniet oħra pubblikati mill-Awtorità kompetenti mill-fondi tal-proġett, kif ukoll tikkollabora u tirraporta b’mod regolari lil Project Leader fuq l-immaniġjar tal-proġett ;
g) Tagħmel użu massimu mill-għodod disponibbli biex tiżgura suċċess fl-implimentazzjoni tal-proġett assenjat. Dan jinkludi użu ta’ Structural Funds Database (SFD) kif ukoll għodod oħra teknoloġiċi neċessarji kif meħtieġ;
h) Tipprepara rapporti relatati mal-progress tal-proġett kif mitlub, kif ukoll tipprovdi informazzjoni relevanti, kif mistenni;
i) Taħdem mill-qrib mal-persuni nnominati bħala punt ta’ referenza kif ukoll taħdem mat-timijiet rispettivi responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ kull komponent rispettiv tal-proġett CONvErGE ;
j) Tikkoordina x-xogħol amministrativ relatat mal-proġett kif ukoll taħdem mal-partijiet konċernati u torganizza laqgħat mal-partijiet koncernati kollha kif meħtieġ u skont struzzjonijiet mogħtija mill-Project Leader ;
k) Tikkoordina attivitajiet u tqassam materjal informattiv li bih tippromwovi l-proġett assenjat kif stabbilit fir-regolamenti u proċeduri ;
l)Tagħmel moniteraġġ tal-ispejjeż, il-ħin, u l-kwalità tax-xogħol kif ukoll tara proposti u suġġerimenti għall-implimentazzjoni aħjar biex jiġi assigurat l-aħjar interess tal-proġett ;
m) Tivverifika ix-xogħol kollu mwettaq fuq bażi ta’ invoices sottomessi, tawtorizza l-approvazzjoni ta’ pagamenti u taħdem mill-qrib mal-Project Leader biex dawn il-pagamenti jiġu pproċessati;
n) Tirraporta b’mod regolari kif mitlub mill-Project Leader rigward il-progress tal-proġett CONvErGE, u pagamenti tal-fondi kif ukoll sitwazzjonijiet u riskji li b’xi mod jistgħu jaffettwaw is-suċċess komplett tal-proġett assenjat.
o) Twettaq dmirijiet oħra skont struzzjonijiet tal-Project Leader jew rappreżentant tiegħu;
p) Twettaq dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Eliġibbiltà
Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
(i) (a) ċittadini ta’ Malta; jew
(b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
(c) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
(d) kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
(e) ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta'
residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
(ii) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u Ingliża;
(iii) a) li jkollhom kwalifika Masters rikonoxxuta f’livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2008) fl-Information and Communications Technology jew Management jew Amministrazzjoni jew Amministrazzjoni Pubblika jew Studji Ewropej jew kwalifika professjonali komparabbli u sena (1) esperjenza ta’ xogħol rilevanti;
jew
b) li jkollhom kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2003) fl-Information and Communications Technology jew Management jew Amministrazzjoni jew Amministrazzjoni Pubblika jew Studji Ewropej jew kwalifika professjonali komparabbli u tliet (3) snin esperjenza ta’ xogħol rilevanti;
jew
c) Uffiċjali Pubbliċi fi skala ta’ Salarju mhux inqas minn Skala 10, lil-ħatra taġħhom fl-iskala msemmija tkun ġiet ikkonfermata, u li jkollhom kwalifika Baċellerat rikonoxxuta fil-livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru tal-2003), fl-Information and Communications Technology jew Management jew Amministrazzjoni jew Amministrazzjoni Pubblika jew Studji Ewropej jew kwalifika professjonali komparabbli;
jew
d) ikunu uffiċjali tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku u impjegati tal-RSSL, it-tnejn f’livell ta’ responsabilita’ komparabbli ma’ Skala ta’ Salarju mhux inqas minn Skala 10 fis-Servizz Pubbliku u li l-ħatra tagħhom f’dan il-livell giet ikkonfermata, u li għandhom kwalifika ta’ Baċellerat rikonuxxuta f’ Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2003) fl-Information and Communications Technology,
jew Management jew Amministrazzjoni jew Amministrazzjoni Pubblika jew Studji Ewropej, jew kwalifika professjonali komparabbli;
jew
e) Persuni li jokkupaw il-pożizzjoni partikolari fuq bażi personali u li l-ħatra tagħom f’din il-pożżizjoni ġiet ikkonfermata.
Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti, fir-rigward ta’ korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.
Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkun lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbilta’ ta’ hawn fuq jew ogħla, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Biex jiġi ddeterminat u ikkumparat il-livell ta’ responsabbilta’ tal-impjegati tas-Settur Pubbliku li bħalissa qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku u tal-ħaddiema tal-RSSL mal-livell ta’ responsabbilta’ meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entita’ rispettiva tas-Settur Pubbliku.
L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entita’ rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entita’, f’kas li ħaddiema tas-Settur Pubbliku jintgħażlu għall-pożizzjoni. Ħaddiema tal-RSSL jibqgħu fuq il-kotba tal-kumpanija.
Fl-eventwalita’ li ħaddiema tal-RSSL jottjenu l-istat indefinit fis-Servizz Pubbliku skont il- L.S. 452.81, l-impieg tagħhom mal-RSSL jiġi tterminat.
Sakemm il-ħaddiema tal-RSSL ma jiħdux l-istat indefinit mas-Servizz Pubbliku wara erba’ snin fil-pożizzjoni skont il-L.S. 452.81, il-persuni maħtura jkunu intitolati jerġgħu lura għall-pożizzjoni li kellhom mal-RSSL bis-salarju li kellhom mal-RSSL.
5.5 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-pożizzjoni li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).
Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Il-kwalifiki u l-esperjenza li l-persuna jkollha għandhom jintwerew b’ċertifikati u/jew dokumenti li kopja tagħhom għandha tkun scanned u mibgħuta permezz tar-Recruitment Portal fuq https://recruitment.gov.mt. Dawn id- dokumenti ma jistgħux jiġu sottomessi aktar tard minn jumejn (2) mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, taħt l-ebda ċirkostanza.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | HR Branch, Finance & Administration Directorate, Office of the Prime Minister |
Contact Persons : | Maryanne Xuereb, Romina Brincat |
Address : | Auberge de Castille, St Paul’s Street, Valletta |
Telephone : | 2200 1010, 22001016 |
Email address : |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.