5.1 (i) Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjoni, l-applikanti jridu jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi u jissodisfaw ir-rekwiżiti ddikjarati fil-paragrafi 5.1 (ii) sa 5.2. Il-ħatra ta’ dawn il-kandidati tkun mingħajr preġudizzju għallapplikant li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ eliġibbiltà u li jingħata permess tax-xogħol skont irregolamenti nazzjonali applikabbli, kif ukoll li jkun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dħul fitterritorju Schengen. Kull proċess isir b’mod indipendenti u suġġett għall-ipproċessar ta’ diliġenza dovuta millawtoritajiet kompetenti Maltin.
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq. Il-ħatra ta' dawn il-kandidati tkun jeħtieġu l-ħruġ ta’ liċenzja ta’ impjieg safejn dan ikun meħtieġ mill-Att dwar l- Immigrazzjoni u leġislazzjoni sussidjarja.
(ii) (a). profiċenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li mhumiex profiċjenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma għandhom jipprovdu evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra li hi fiżżmien sena (1) mill-ingaġġ fil-kas ta' Nurses appuntati bid-Degree, u sitt (6) xhur fil-kas ta' Nurses appuntati bid- Diploma, billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Universita' ta' Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Kors in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Universita' ta' Malta. Nurses impjegati b'Diploma li ma' jkunux kisbu dan iċċertifikat fi żmien ta' prova ta' sitt (6) xhur, jingħataw estensjoni ta' darba ta' sitt (6) xhur biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat, qabel il-konferma tal-ħatra tagħhom. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Professional Development (CPD).
U
( ii) (b). profiċjenti fil-lingwa Ingliża;
Billi
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja fin-Nursing ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;
JEW
- Billi jipprovdu, sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (international English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT) : 60-80, CEFR : B2 jkunu wkoll aċċettati;
JEW
- Billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikata full-time bħala infermiera rreġistrata fir-Renju Unit jew l-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellem l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa llingwa primarja u/jew uffiċjali.
U
iii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 5 tal-MQF (b'minimu ta' 120 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti) f'Nursing/ Mental Health Nursing jew kwalifika professjonali komparabbli miksuba bis-sħiħ minn Università/Istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea
JEW
iv. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti) f'Nursing / Mental Health Nursing jew l-ekwivalenti tiegħu kif stabbilit mid-Dipartiment tas-Saħħa wara konsultazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel jew kwalifika komparrabbli miksuba bis-sħiħ minn Università/Istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea
U
v. jkollhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) bħala Infermiera fl-Ewwel Livell (First level Nurse), jew ikollhom isimhom imniżżel fit-Taqsimiet Speċjali tar-Reġistru miżmum mill-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel (Malta) għar-rigward ta' Infermiera mħarrġa f'oqsma speċjali differenti rikonoxxuti mill-imsemmi Kunsill.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-Pożizzjoni iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali
https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jiksbu, jew jiġu approvati, għall-għoti ta’ tali
Kwalifika u Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni bħala Infermier/a tal-Ewwel Livell mal-Kunsill għall-Infermiera u l-Qwiebel (Malta), jew ikunu elenkati fil-Partijiet Speċjali tar-Reġistru miżmum mill-Kunsill għall-Infermiera u l-Qwiebel (Malta) fir-rigward ta’ infermiera mħarrġa f’oqsma speċjali differenti rikonoxxuti mill-imsemmi Kunsill qabel ma jinħatru. Jekk din l-iskadenza stipulata għall-kisba ta’ tali kwalifika u reġistrazzjoni ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi terminata awtomatikament.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
5.3 Din is-sejħa pubblika qed tiġi ppublikata fl-istess waqt ma' sejħa Pubblika għall-Post ta' Staff Nurse / Psychiatric Mental Health Nurse fis-Servizz Publikku ta Malta ta' nhar il-Ġimgħa 6 ta' Frar 2026. Applikanti li jgħaddu taħt is-sejħa Pubblika jingħataw preċedenza fuq dawk li jgħaddu taħt is-sejħa Definita. Barra minn hekk, persuna tista' tiġi kkunsidrata għall-ħatra biss jekk ikun hemm post vakanti fi żmien tal-validita' tarriżultat