Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Operations Manager

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MECP 1/2022


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 14/01/2022 12:00
    Data tal-għeluq: 28/01/2022 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Duties - Operations Manager ENG & MT 
1. Id-Direttur Ġenerali għall-operat, f'isem is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Operations Manager fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Operations Manager huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2022 huwa ta’ €26,438 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €29,625.

2.3 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim u rilevanti bejn il-Gvern u l-Union kompetenti. 

2.4 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.5 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Operations Manager jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku, għandom ikunu konfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom u li jkunu:

a) fil-grad ta' Principal Technical Officer, li l-ħatra tagħhom f'dan il-grad tkun ġiet ikkonfermata; JEW

b) fil-grad ta' Works Manager I jew Technical Officer III li ġew assimilati bħala Officers in Grade 9 jew Officers in Grade 8 skont Sezzjoni 3 tal-Ftehim tal-Gradi Tekniċi li l-ħatra fil-grad ġiet ikkonfermata; JEW

c) fil-grad ta' Senior Technical Officer, li l-ħatra tagħhom f'dan il-grad tkun ġiet ikkonfermata, u li huma fil-pussess ta' mill-inqas Higher Technician Diploma (HTD) f'Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti*), f'qasam tekniku relatat jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli f'Livell 5 tal-MQF, u li għandhom mhux inqas minn ħames (5) snin esperjenza f'site project management u/jew workforce supervision; JEW

d) fil-grad ta' Senior Technical Officer, li l-ħatra tagħhom f'dan il-grad tkun ġiet ikkonfermata, u li huma fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta (ta' sentejn (2) fuq bażi full time jew ekwivalenti) f'Livell 4 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 120 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti*) f'qasam tekniku relevanti, u li għandhom sentejn (2) esperjenza ta'xogħol flimkien ma' ħames (5) snin esperjenza f'site project management u/jew workforce supervision; JEW

e) fil-Klassi Teknika, liema ħatra f'din il-klassi ġiet ikkonfermata u li huma fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti*), f'qasam tekniku jew kwalifika rikonoxxuta kumparabbli fil-Livell 6 tal-MQF u ħames (5) snin esperjenza f'site project management u/jew workforce management. 

Il-Higher Technician Diploma hija meqjusa bħala kwalifika f'Livell 5 tal-Malta Qualifications Framework (suġġetta għall-minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*). Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta f'Livell 4 tal-Malta Qualifications Framework (suġġetta għall-minimu ta' 120 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti*), segwita b'sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola 'Higher Technician Diploma' jew kwalifika xierqa u kumparabbli li tinsab f'paragrafu 4.1 (c). Is-sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, iżda, ma jistgħux jingħaddu wkoll bħala parti mill-ħames snin esperjenza oħra mandatorja f'site project management u/jew workforce supervision.

*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET krediti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-Bord tal-Għażla għandu jevalwa l-programm ta'studju sottomess u jiddetermina li huwa kumparabbli ma' 60/120/180 krediti (skont kif applikabbli). Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC. 

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippubblikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

Contact Persons :

Ruth Massa, Manager II

Address :

6, Triq Ħal Qormi, Sta Venera, SVR 1302

Telephone :

23316268

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.