Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Basic Specialist Trainee / General Practitioner Trainee

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern 15.05.2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 15/05/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 29/05/2026 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - BST Job Duties 
Ara d-dokument Annex B - GPT Job Duties 
Ara d-dokument CV Template 

1.1 Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita'  Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Basic Specialist Trainee / General Practitioner Trainee fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.

1.2  Vakanzi jeżistu fl-ispeċjalitajiet li ġejjin:

  • Anestesija u Kura Intensiva
  • Mediċina tal-Emerġenza
  • Mediċina Ġenerali/Interna
  • General Practitioner Trainee
  • Kirurġija Ġenerali
  • Imatoloġija
  • Istopatoloġija
  • Mikrobijoloġija Medika inkluż Batterjoloġija, Viroloġija, Mikroloġija, Parassitoloġija u Kontroll ta' l-Infezzjoni
  • Ostetriċja u Ġinekoloġija
  • Oftalmoloġija
  • Pedjatrija
  • Psikjatrija
  • Mediċina għas-Saħħa Pubblika
  • Radjoloġija
  • Mediċina Nuklejari.


3.1 Is-salarju għall-pożizzjoni ta' Basic Specialist Trainee jew General Practitioner Trainee huwa ekwivalenti għall-ħames tarġa ta' Skala ta' Salarju 8, (li fis-sena 2026 huwa ta' €32,352,34 fis-sena, li jitla' b' żidiet fis-sena ta' €486.83 sa massimu ta' €33,326.00) flimkien ma' Allowance ta' Speċjalizzazzjoni ta' €4,900 fis-sena, li titħallas fi tlettax-il pagament ugwali fis-sena.

3.2 Persuna magħżula li tissodisfa l-kriterji stabbiliti għall-ispeċjalita' rilevanti, kif speċifikat fil-kurrikulu ta' taħriġ rispettiv u l-esiġenzi tal-ispeċjalita' kif approvat mill-Kumitat ta' Taħriġ skont il-linji gwida stabbiliti mill-Kumitat għall-Approvazzjoni dwar Speċjalisti ta' Malta, waqt it-terminu tal-kuntratt, tiġi maħtura Basic Specialist Trainee 2 jew General Practitioner Trainee 2, suġġett għal prestazzjoni sodisfaċenti, u titpoġġa f'mhux inqas mill-ħames tarġa ta' Skala ta' Salarju 7 (li fis-sena 2026 hija €34,282,68 fis-sena, li jitla' b'żidiet ta' €531.17 fis-sena sa massimu ta' €35,345.02) flimkien ma' Allowance ta' Speċjalizzazzjoni ta' €5,950 fis-sena, li titħallas fi tlettax-il pagament ugwali fis-sena.



Dmirijiet

4.1 Id-dmirijiet għal pożizzjoni ta' Basic Specialist Trainee jinsabu fl-Anness A u id-dmirijiet għal pożizzjoni ta' General Practitioner Trainee jinsabu fl-Anness B mehmuż ma' din iċ-Ċirkolari.

4.2 Il-persuna maħtura tista' tkun meħtieġa taqdi dmirijiet fi kwalunkwe servizzi tal-kura tas-Saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

4.3 Il-persuna magħżula tista' tkun meħtieġa tipprovdi servizz residenti on-call skont roster stabbilita li tista' tinkludi dmirijiet ta' bil-lejl. Din ir-roster tieħu inkonsiderazzjoni l-ħtiġijiet tat-taħriġ kif jistgħu jkunu applikabbli minn żmien għal żmien kif ukoll l-esiġenzi tas-servizz. Siegħat ta' xogħol 'il fuq minn erbgħin (40) siegħa fil-ġimgħa u xogħol fil-Ħdud u Btajjel Pubbliċi jitħallsu b' remunerazzjoni addizzjonali skont ir-rati approvati. Erba' siegħat ta' ħin protett bil-ħlas ikun allokat għall-fini ta' taħriġ ta' wara l-gradwazzjoni. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża;
  2.  (a) rreġistrati bi sħiħ mill-Kunsill Mediku ta' Malta u fil-pussess tal-warrant biex jipprattikaw;​
             (b) fil-pussess tal-Foundation Programme Certificate of Completion (FPCC) maħruġ mill-Malta Foundation School jew kwalifika li hi meqjusa mill-Kunsill Mediku ta' Malta bħala xierqa, rilevanti u komparabbli.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. 

Aktar minhekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu formalment r-rekwiżiti speċifikati f'paragrafu 5.1 (iii)(a) u (b), xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li jikkwalifikaw għal ħtiġijiet sa sitt (6) xhur mill-pubblikazzjoni tar-riżultat rispettiv. Jekk jintgħażlu, tali kandidati jridu jipreżentaw ir-rekwiżiti indikati f'paragrafu 5.1 (iii) (a) u (b) qabel il-ħatra. 
  


Ministry / Department :

 Ministeru għas-Saħħa u Anzjanta' Attiva/Diviżjoni tal-People Management

Contact Persons :

 Maureen Mahoney, Direttur Ġenerali (People Management)

Address :

 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171

Telephone :

 +356 22992600

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.