Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Charge Nurse fl-iSptar Monte Karmeli

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MFH/18/2022


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 29/04/2022 12:00
    Data tal-għeluq: 13/05/2022 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Duties 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Charge Nurse fl-iSptar Monte Karmeli fil-Ministeru għas-Saħħa.



2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).

2.2 Is-salarju ta’ Charge Nurse huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2022 huwa ta’ €26,438 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €29,625.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Charge Nurse titla’ fi Skala 6 (€28,132 x €596.33 - €31,710) wara tliet (3) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Persuna fil-ħatra ta' Charge Nurse ser tirċievi allowance ta' €500 fis-sena għal kull dmir addizzjonali li għandu x'jaqsam maż-żona klinika immedjata li assenjata għalijha kif mitlub mill-Management minn żmien għal żmien. Din l-allowance għandha titħallas f'żewġ pagamenti indaqs kull sena

2.5 Persuna fil-ħatra ta' Charge Nurse għandha tibbenefika minn Performance Management Allowance annwali fiss ta €300 kull sena u ħlas ta' allowance relatat ma' performance sa massimu ta' €1,200 kull sena.

2.6 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

2.7 Il-persuna maħtura tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet ġewwa l-iSptar Monte Karmeli għall-perjodu ta’ mill-anqas tlett (3) snin mid-data tal-ħatra.

2.8 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.9 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.


Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Charge Nurse jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista' jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected].

3.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku, għandom ikunu konfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom u li huma fil-grad ta:

a. Staff Nurse b'mill-inqas seba' (7) snin servizz fil-grad, inkluż servizz temporanju u każwali;
Jekk jinħatru fil-grad ta' Charge Nurse, dawn l-uffiċjali għandhom ikunu obbligati li jwettqu u jtemmu il-competency programme evaluation framework fi żmien sena mill-ħatra. Nuqqas li jitlesta b'suċċess il-competency programme and evaluation framework għandu jwassal għar-revoka tal-ħatra ta' Charge Nurse u r-ritorn għall-grad preċedenti.

JEW

b. Staff Nurse b'aggregat ta' għaxar (10) snin servizz fil-klassi, inkluż servizz temporanju u każwali, li ħamsa (5) minnhom għandhom ikunu fil-grad ta' Staff Nurse; Jekk jinħatru fil-grad ta' Charge Nurse, dawn l-uffiċjali għandhom ikunu obbligati li jwettqu u jtemmu il-competency programme evaluation framework fi żmien sena mill-ħatra. Nuqqas li jitlesta b'suċċess il-competency programme and evaluation framework għandu jwassal għar-revoka tal-ħatra ta' Charge Nurse u r-ritorn għall-grad preċedenti.

JEW

c. Senior Staff Nurse fi Skala ta' Salarju 8 jew Skala ta' Salarju 7 b'minimu ta' ħames (5) snin servizz fil-grad ta' Staff Nurse jew bħal hawn fuq, inkluż servizz temporanju u każwali;

JEW

d. Practice Nurse (Skala ta' Salarju 7) b'minimu ta' sentejn (2) servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Practice Nurse.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale. Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet. Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippubblikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

 Ministeru għas-Saħħa

Divijoni tal-People Management

Contact Persons :

Maureen Mahoney

Address :

Diviżjoni tal-People Management

Ministeru għas-Saħħa

15, Palazzo Castellania, 

Triq Merkanti, 

Valletta, VLT 1171

Telephone :

+356 22992604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.