Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Kindergarten Educators

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 04/12/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Tagħlim u Edukazzjoni
    Data ppubblikata: 04/12/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 22/12/2020 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma ta' abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-MFED jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorji).




1. Is-Segretarju Permanenti,  Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED) jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Kindergarten Educators fil-Ministeru għall-Edukazzjoni. 

2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar  għal Kindergarten Educator III u għal perijodu ta' prova ta' sitt (6) xhur għal Kindergarten Educator II u I.

2.2. Is-salarju għal post ta' Kindergarten Educator III għal dawk l-applikanti li jidħlu fil-grad bir-rekweżiti tal-elegibbilta’  ta' paragrafu 4.1 (iii) huwa ta' Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2020 huwa ta’ €20,603 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,049 .  

2.3. Persuna fil-grad ta’ Kindergarten Educator III fi Skala ta' Salarju 10 titla’ fi Skala ta’ Salarju 9 (€21,933 x €447.33 - €24,617) fis-sena 2020 wara ħames (5) snin servizz fil-grad ta' KGE III fi Skala ta' Salarju 10, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti. 

2.4. Is-salarju għal post ta' Kindergarten Educator II, għal dawk l-applikanti li jidħlu fil-grad bir-rekwiżiti tal-eleġibbilità  ta' paragrafu 4.1 (iv) huwa ta' Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2020 huwa ta’ €18,142 fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €20,266. 

2.5. Persuna fil-grad ta’ Kindergarten Educator  II fi Skala ta' Salarju 12 titla’ fi Skala ta’ Salarju 10 (€20,603 x €407.67 - €23,049) fis-sena 2020 wara ħames (5) snin servizz fil-grad ta’ KGE II  fi Skala ta' Salarju 12, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6. Is-salarju għal post ta' Kindergarten Educator I, għal dawk l-applikanti li jidħlu fil-grad bir-rekwiżiti tal-eleġibbilità ta' paragrafu 4.1 (v) huwa ta' Skala ta' Salarju 15, li fis-sena 2020 huwa ta' €14,821 fis-sena, li jiżdied b’€298.00 fis-sena sa massimu ta’ €16,609 .

2.7. Persuna fil-grad ta' Kindergarten Educator I fi Skala ta' Salarju 15 titla’ fi Skala ta’ Salarju 14 (€15,870 x €316.83 - €17,771) fis-sena 2020 wara ħames (5) snin servizz fil-grad ta' KGE I fi Skala ta' Salarju 15, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti, u terġa' titla fi Skala ta' Salarju 13 (€16,985 x €335.50 - €18,998) fis-sena 2020 wara ħames (5) snin oħra ta' servizz fil-grad ta' KGE I fi Skala ta' Salarju 14, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.

2.8. Barra minn hekk, persuna fil-grad ta' Kindergarten Educator I, li tieħu l-inizjattiva u itemm b'suċċess kwalifika sħiħa (Diploma) f'Livell 5 tal-MQF hekk kif msemmija f'paragrafu 4.1 (iv), tiġi awtomatikament promossa fil-grad ta' Kindergarten Educator II fi Skala ta' Salarju 12. 

2.9. Barra minn hekk, persuna fil-grad ta' Kindergarten Educator I jew II, li tieħu l-inizjattiva u itemm b'suċċess kwalifika sħiħa (Degree) f'Livell 6 tal-MQF hekk kif msemmija f'paragrafu 4.1 (iii), tiġi awtomatikament promossa fil-grad ta' Kindergarten Educator III fi Skala ta' Salarju 10. F'tali każijiet, is-snin ta' servizz bħala Kindergarten Educator II għandhom ikunu meqjusa għall-progressjoni fuq bażi ta' 4:1 (kull erba' (4) snin fil-grad ta' Kindergarten Educator II għandhom jirriżultaw fi tnaqqis ta' sena (1) għall-progress fl-Iskala tas-Salarju 9).

2.10. L-Iskala tas-Salarji għall-gradi kollha msemmija hawn fuq (2.2 - 2.9) huma supplimentati bil-Class Allowance rispettiv annwali flimkien mal-Work Resources Fund rispettiv annwali skont il-grad u l-iskala tas-salarju u huma suġġetti għal żidiet fis-sena kif stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Malta Union of Teachers (MUT) iffirmat fil-21 ta' Diċembru 2017.

2.11. Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.12. L-aċċettazzjoni ta' ħatra f'dan il-grad tfisser li kwalunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta' l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita. 


Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Kindergarten Educators jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża ;

iii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta sħiħa (Degree) f'Livell 6 jew ogħla tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti *) fl-Early Childhood Education and Care jew kwalifika professjonali komparabbli;

iv. jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn kandidati eliġibbli skont paragrafu 4.1 (iii) u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eleġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom kwalifika rikonoxxuta sħiħa (Diploma) f'Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti *) fl-Early Childhood Education and Care jew kwalifika professjonali komparabbli;

v. jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn kandidati eliġibbli skont paragafu 4.1 (iv) u /jew  ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eleġibbiltà tiġi  estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom award rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 30 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti *) fl-Early Childhood and Care jew kwalifika komparabbli. Sakemm kwalifika sħiħa (Diploma) f'Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 120 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti *) fl-Early Childhood Education and Care jew kwalifika komparabbli jagħmel ukoll kandidati eliġibbli għall-applikazzjoni fil-grad ta' KGE I.

Għal fini ta' paragrafu 4.1 (v), iċ-Childcare Training Programme (0-3 snin) flimkien mas-Certificate of Competence (0-5 snin), jew l-award tal-Vocational Education and Trainin huma kkunsidrati ekwivalenti għall-Diploma, f'Livell 4 tal-MQF, fl-Early Childhood Education and Care. 

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina  li huwa komparabbli ma' 30/60/120/180 ECTS/ECVET kretti (skont kif applikabbli).  Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.  

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti *. 

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti.  Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC. 

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti*, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4. L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Ministry for Education 

Contact Persons :

Edu Servizz.gov

Address :

Great Siege Road, Floriana, VCT 2000

Telephone :

153

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.