Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Learning Support Educators

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 30/01/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Tagħlim u Edukazzjoni
    Data ppubblikata: 30/01/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 31/12/2026 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A  
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t' abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-MEYR jimxi mal-liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).


1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Learning Support Educators fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.


2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax-il (12) xahar għal Learning Support Educator li jidħol fil-grad skont il-proviżjonijiet ta' paragrafu 2.2 u għal perjodu ta' prova ta' sitt (6) xhur għal Learning Support Educator li jidħol fil-grad skont il-proviżjonijiet ta' paragrafi 2.3 u 4.1 (iii).


2.2 Is-salarju għal post ta' Learning Support Educator għal dawk l-applikanti fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta sħiħa (Degree) f' Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fl-Inclusive Education jew kwalifika komparabbli, huwa ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2026 huwa ta’ €28,701.02 fis-sena, li jiżdied b’ €447.33 fis-sena sa massimu ta’ €31,385.00, u jitla’ fi Skala ta' Salarju 8, li fis-sena 2026 huwa, (€30,405.02 x €486.83 - €33,326.00) wara ħames (5) snin servizz fi Skala ta' Salarju 9, jekk il-persuna tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.


* Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Universita’ ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS. 


2.3 Is-salarju għal post ta' Learning Support Educator, għal dawk l-applikanti fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta sħiħa (Diploma) f' Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 krettu ECTS jew ekwivalenti**) fl-Inclusive Education jew kwalifika komparabbli, huwa ta' Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2026 huwa ta' €25,435.00 fis-sena, li jiżdied b' €375.17 fis-sena sa massimu ta' €27,686.02, u jitla' fi Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2026 huwa, (€27,055.98 x €407.67 -€29,502.00) wara ħames (5) snin servizz fi Skala ta' Salarju 11, jekk il-persuna tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti, u jitla' fi Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2026 huwa, (€28,701.02 x €447.33 - €31,385.00) wara ħmistax-il (15) sena servizz sodisfaċenti fil-qasam ta' speċjalizazzjoni ta' Learning Support Educator.


** Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 60 ECTS krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).


2.4 Is-salarju għal post ta' Learning Support Educator, għal dawk l-applikanti li jidħlu fil-grad bir-rekwiżiti tal-eliġibilita' ta' paragrafu 4.1 (iii) huwa ta' Skala ta' Salarju 13, li fis-sena 2026 huwa ta' €22,217.00, li jiżdied b' €335.50 fis-sena sa massimu ta' €24,230.00, u jitla' fi Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2026 huwa, (€23,816.00 x €354.00 - €25,940.00) wara ħames (5) snin servizz fi Skala ta' Salarju 13, jekk il-persuna tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti, u jitla' fi Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2026 huwa, (€25,435.00 x €375.17 - €27,686.02) wara għaxar (10) snin servizz sodisfaċenti fil-qasam ta' speċjalizzazzjoni ta' Learning Support Educator.


2.5 Learning Support Educator regolari li jiksbu kwalifika rilevanti ogħla, jitqiegħdu fi Skala ta’ Salarju rilevanti skont il-kwalifika miksuba mid-data tal-kisba tal-kwalifika meħtieġa, jekk il-kwalifika tiġi ppreżentata fi żmien sitt (6) xhur mill-kisba. Jekk l-impjegati jdumu aktar minn dan il-perjodu biex jippreżentaw il-kwalifika tagħhom, dawn għandhom jiġu assimilati mid-data tal-preżentazzjoni tal-kwalifika. Għall-kjarifika u l-evitar tad-dubju titqies id-data tat-traskrizzjoni tal-kwalifika finali. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ evitar ta’ dubju, is-snin ta’ supply għandhom jingħaddu bis-sħiħ.


2.6 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal kundizzjonijiet u obbligi oħra kif jistgħu jkunu stipulati fil-Ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers (MUT) kif iffirmat fil-15 ta' Lulju 2024.


2.7 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.


2.8 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Learning Support Educators jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni; u

iii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta sħiħa (Certificate) f'Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 30 krettu ECTS jew ekwivalenti*) jew ogħla, fl-Inclusive Education, jew kwalifika komparabbli, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 30 ECTS krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali).


Applikanti ingaġġati bħala LSE Supplimentari iridu japplikaw għal din is-sejħa biex jilħqu grad ta' LSE. 


Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

      
4.2 Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.          
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

Ministry / Department :

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Contact Persons :

Dipartiment tal-People Management  

Address :

Triq l-Assedju l-Kbir, Furjana 

Telephone :

2598 0000 

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.