Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Technical Attaché (Liġi Internazzjonali)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Novembru 2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita Raġuni Oġġettiva  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 13/11/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 27/11/2026 17:15
    Ministeru: Ministry for Foreign and European Affairs

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Technical Attaché (International Law) 
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, jilqa’ applikazzjonijiet ghall-pożizzjoni ta’ Technical Attaché (Liġi Internazzjonali) fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

3. Is-salarju ta' Malta u l-Allowances ta' Post Aġġustament marbut mal-pożizzjoni ta’ Technical Attaché huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (ekwivalenti ghal €34,813.85 fl-2026), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar. Barra minn hekk, it-Technical Attaché ser jirċievi l-benefiċċji u l-allowances kif spjegati fil-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas'.

3.2 F'każijiet fejn il-persuna magħżula tkun diġà qed isservi fil-pożizzjoni ta' Technical Attaché b'salarju, benefiċċji u allowances li huma ogħla minn dawk stabbiliti f'paragrafu 3.1 hawn fuq, il-kumpens applikabbli f' dawn il-każijiet eċċezzjonali ta' ħatra mill-ġdid għandu jkun tal-ogħla skala ta' salarju, benefiċċji u allowances.

3.3 Għat-tul tal-Ftehim, it-Technical Attaché ikun marbut mal-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas' (MFA 9/2015; CONDSER Jannar 2026 V1.3) li jistgħu jigu aġġornati minn żmien għal żmien.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Technical Attaché jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunità Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identità Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

ii. profiċjenti fil-lingwa Ingliża;

iii. ikollhom kwalifika ta' Master's rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 90 ECTS krettu jew ekwivalenti)* f'qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b'mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw għalih, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol relevanti;

*Kwalifika ta’ Master's rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Master's rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Università ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS. 

JEW

iv. fil-pussess ta' kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 ta' MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS jew ekwivalenti)* f'qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b'mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw għalih, flimkien ma' tliet (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti.

*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Università ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu ECTS.

Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b’differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta’ kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta’ eleġibilità.

Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.

5.2 (i) Fid-dawl tan-natura speċifika ta’ din il-pożizzjoni, il-kandidati huma mistennija li jkunu kisbu l-kwalifika tagħhom jew ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjoni.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

Ministry / Department :

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Contact Persons :

Ms Ann Marie Mifsud

Address :

331, Allied House, Triq San Pawl, Valletta

Telephone :

(+356) 2204 3030

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.