Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur (People Management), Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ General Hand (Group II) fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
2.2 Is-salarju ta’ General Hand (Group II) huwa ta’ Skala ta' Salarju 19 li fis-sena 2020 huwa €11,205 fis-sena, li jiżdied b’€209 fis-sena sa massimu ta’ €12,459.
2.3 Persuna fil-grad ta’ General Hand (Group II) titla’ fi Skala 18, li fis-sena 2020 huwa ta’ €12,066 x €222 - €13,398, wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4. Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.
Dmirijiet
3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' General Hand (Group II) fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkulari.
Eliġibbiltà
4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li:
a) Huma fil-grad sostantiv fi Grupp I jew II tal-Gradi Industrijali, u li ġew ikkonfermati fil-Grad ta’ Grupp I jew II.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.2 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Transport, Infrastructure and Capital Projects |
Contact Person : | Customer Care Unit |
Address : | Block A, Francesco Buonamici Street, Floriana FRN1700 |
Telephone : | 22927864 |
Email address : |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.