Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Pożizzjoni ta’ Programme Officer (EU Funds) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 19 ta' Lulju 2024


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita Raġuni Oġġettiva  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 19/07/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 02/08/2024 13:30
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru
    Dipartiment: Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A (EN & MT) 
1. Is-Segretarju Permanenti, Uffiċċju tal-Prim Ministru (fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali) jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Programme Officer (EU Funds) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali).

3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Programme Officer (EU Funds) huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 9 (ekwivalenti għal €27,825.67 fl-2024), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.

3.2  Persuna magħżula tkun intitolata wkoll għal: 

i.   performance bonus sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku tagħha.  Ir-rata attwali tiġi stabbilita skont id-diskrezzjoni tas-Segretarju Permanenti. 

ii. disturbance allowance ta' 15% (minflok overtime) tas-salarju rispettiv li jista' f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal perjodi speċifiċi awtorizzat mis-Segretarju Permanenti, jiżdied għal 25%.  Dan id-disturbance allowance ma jkunx pagabbli lill-uffiċjali li jkunu qed jaħdmu b'reduced hours. ;

iii.  pro-rata responsibility allowance ta' 25% tal-iskala tas-salarju rispettiv. 

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Programme Officer (EU Funds) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża b'mod effettiv; 
    ​
  2. (a) ikollhom, fil-pussess degree ta' Bachelors rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) f'oqsma relevanti kif determinat mill-maniġment, flimkien ma' sena (1) esperjenza relevanti ma' tali rwol relatat mal-UE.  
       JEW

            (b) ikollhom, fil-pussess degree ta' Bachelors rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) f'oqsma relevanti kif determinat mill-maniġment;

            Fil-każijiet li kandidati jiġu magħżula abbażi tal-artikolu 5.1(iii)b ta' din is-sejħa, is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta' Programme Officer (EU Funds) huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta' Skala 10 (ekwivalenti għal €26,124.33 fl-2024), li mal-konferma tal-ħatra wara sena (1) servizz fil-pożizzjoni jilħaq għall-massimu ta' Skala 9.

            *Kwalifika rikonoxxuta kumparabbli ma' 180 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabbli hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. 

       JEW

           (c) Uffiċjali Pubbliċi fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 12, li l-ħatra tagħhm f'din l-iskala tkun ġiet ikkonfermata jew impjegati tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jew impjegati tal-Resource and Support Services Ltd. (RSSL), li qegħdin f'livell ta' responsabbilta' komparabbli u li l-ħatra tagħhom f'dan il-livell tkun ġiet ikkonfermata, u li għandhom erba' (4) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti ma' tali rwol relatat mal-UE. 

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
​
5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1(iii) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2024.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 


Ministry / Department :

 Uffiċċju tal-Prim Ministru (Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali)

Contact Persons :

 is-Sur Matthew Cassar

Address :

 280, Livell nru 2, Triq ir-Repubblika, Belt Valletta

Telephone :

25552124

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.