Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | ANNEX A |
| Ara d-dokument | ANNEX B |
| Ara d-dokument | ANNEX C |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Ministeru għall-Intern u s-Sigurta' jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Surġent tal-Pulizija, fid-Dipartiment tal-Pulizija, fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta'.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).
2.2 Is-salarju Surġent tal-Pulizija huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2026 huwa ta’ €27,055.98 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €29,502.00;
2.3 Persuna fil-grad Surġent tal-Pulizija titla’ fi Skala 9 (€28,701.02 x €447.33 - €31,385.00 fis-sena 2026) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Surġent tal-Pulizija jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu ilhom tlett (3) snin fil-grad ta' Kuntistabbli tal-Pulizija. Kuntistabbli tal-Pulizija li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
4.2 Kuntistabbli li jkunu suġġetti għal passi dixxiplinarji kontra tagħhom, jiġu kkunsidrati biss jekk jissodisfaw ilkriterji tal-Artikolu 34 tal-Att dwar il-Pulizija, Kap. 164 tal-Liġijiet ta' Malta.
4.3 Applikanti huma soġġetti għal Security Clearance.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Dipartiment tal-Pulizija |
Contact Persons : | Stephanie Farrugia |
Address : | Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Furjana |
Telephone : | 21224001 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.