Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
| Ara d-dokument | Annex B |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Higher Specilaist Trainee (Paediatric Infection Diseases u Immunology) fid-Dipartiment tac-Child u Adolescent fl-Uffiċċju tad- Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.
Salarju
3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Higher Specialist Trainee huwa ekwivalenti għall-massimu tal-Iskala tas-Salarju 6 (li fis-sena 2026 huwa ta’ €37,509.00 fis-sena), bi grad sostantiv ta’ Senior Staff Grade li jibda mit-tielet stadju tal-Iskala tas-Salarju 6 (li fis-sena 2026 huwa ta’ €35,123.68).
3.2 Higher Specialist Trainee għandu jirċievi Allowance ta’ Speċjalizzazzjoni ta’ €6,530 fis-sena għall-ewwel sentejn (2) li jitħallas fi tlettax-il pagament indaqs kull sena.
3.3 Higher Specialist Trainee għandu jirċievi Allowance ta' Speċjalizzazzjoni ta' €7,050 mit-tielet sena 'l quddiem, li jitħallas fi tlettax-il pagament indaqs kull sena.
Dmirijiet
4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Higher Specialist Trainee jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
4.2 Persuna maħtura tista’ tintalab twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz tal-kura tas-saħħa f’Malta u/jew Għawdex, skont id-diskrezzjoni tal-maniġment.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:
ii. kapaċi jikkomunika bil-lingwa Maltija u bl-Ingliż;
iii.ikollhom l-warrant biex jipprattikaw (reġistrazzjoni sħiħa bħala prattikant mediku mal-Kunsill Mediku ta’ Malta) U
iv. fil-pussess ta’ Ċertifikat tat-Tlestija tat-Taħriġ Bażiku Speċjalizzat (CCBST) fil-Paediatrics maħruġ mill-Kumitat tal-Akkreditazzjoni tal- Ispeċjalisti (SAC) ta’ Malta jew ekwivalenti sa' 31ta' Marzu 2027.
5.2 Qed jiġi ċċarat li qabel ma jinħatru, l-applikanti li japplikaw għall-pożizzjoni ta' Higher Specialist Trainee Paediatric Infection Diseases u Immunology jirrikjedi li ikollhom CCBST fil-Paediatrics jew ekwivalenti.
5.3 Applikanti li l-CCBST tagħhom, jew kwalifika ekwivalenti, tkun ingħatat minn entità oħra għajr l-Specialist Accreditation Commitee (SAC) ta’ Malta, iridu jiksbu mingħand l-SAC ta’ Malta dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent li tikkonferma l-komparabbiltà tal-kwalifika tagħhom mas-CCBST rilevanti.
5.4 Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent rilevanti għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni, u l-oriġinal għandu jiġi ppreżentat waqt l-intervista. Applikanti li qed jistennew ir-rikonoxximent jistgħu japplikaw, iżda jridu jissottomettu d-dikjarazzjoni fi żmien xahar (1) mid-data tal-għeluq.
5.5 Tista’ tingħata estensjoni sa xahar (1) ieħor meta d-dewmien ikun lil hinn mill-kontroll tal-applikant. Kwalunkwe estensjoni oħra teħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.
5.6 Il-kandidati jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq, jew jiksbu l-approvazzjoni għalihom, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2027 qabel ma jinħatru u fi ħdan il-perjodu ta’ validità tar-riżultat oriġinali, li huwa ta’ sena (1) kalendarja mid-data tal-pubblikazzjoni. Il-kandidati ma jiġux ikkunsidrati għall-ħatra jekk l-iskadenza stipulata għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti msemmija hawn fuq ma tiġix osservata.
Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal din il-kariga jridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi jew fergħa tal-karriera differenti jew f’pożizzjoni b’terminu definit; madankollu, jistgħu japplikaw għal grad jew pożizzjoni aktar baxxa anki jekk ma jkunux ikkonfermati, kemm jekk fl-istess fergħa kif ukoll jekk le.
L-uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad aktar baxx anki jekk ma jkunux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.
5.7 Il-kandidati jridu jkunu eliġibbli biex jieħdu l-ħatra dovuta lilhom, skont il-paragrafi 5.1 – 5.6 t’hawn fuq, mhux biss sad-data u l-ħin tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Uffiċċju tad- Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-saħħa |
Contact Persons : | Dr. Renzo De Gabriele Segretarju Permanenti |
Address : | Direttorat tal-People Management, |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.