Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A - Job Description |
| Ara d-dokument | Annex B |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol qiegħed ifittex li jidentifika Uffiċjali Pubbliċi u Impjegati tas-Settur Pubbliku adatti biex iwettqu dmirijiet kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu ta’ massimu ta' erbat (4) ijiem sħaħ, bejn il-Ħadd 12 ta' Ottubru u l-Erbgħa 15 ta' Ottubru 2025, li jista’ jiġġedded għal aktar perjodi. Qabel jissottomettu l-espressjoni ta' interess tagħhom, l-applikanti eliġibbli għandhom jinfurmaw lill-Kap tad-Dipartiment tagħhom u jiksbu lapprovazzjoni neċessarja fuq il-formula li tinsab f'Anness B sabiex jiġu rilaxxati skont il-ħtieġa jekk jiġu magħżula. L-Anness B, la darba komplut, għandu jiġi mtella fuq irrecruitment portal fl-istadju tal-applikazzjoni.
2. Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġbu għall-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol.
3. Il-perjodu ta’ assenjazzjoni għandu jitqies bħala “servizz fil-grad” għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul tas-servizz, anzjanità, salarju, progressjoni u, fejn applikabbli, għall-finijiet ta’ pensjoni tat-Teżor. Il-prestazzjoni f’dawn id-dmirijiet tiġi wkoll rikonoxxuta fir-Record of Service (GP47).
Salarju
4.1Il-kandidati magħżula jkomplu jirċievu s-salarju tal-grad sostantiv tagħhom għall-perjodu li matulu jkunu assenjati fi kwalunkwe wieħed mid-dmirijiet imsemmija hawn fuq. Huma jirċievu wkoll allowance ta' darba ta’ € 410 li tkopri t-tlett ijiem tal-konferenza u tinkludi kwalunkwe spejjeż ta' komunikazzjoni, vjaġġar u over-time. Huma jkomplu bid-dmirijiet tal-grad sostantiv tagħhom ladarba ma jibqgħux jaqdu d-dmirijiet marbuta ma’ din l-espressjoni ta’ interess.
4.2 Il-kandidati kollha li jintgħażlu jitpoġġew f’lista, b’ assenjazzjonijiet determinati skont l-esiġenzi u r-rekwiżiti operattivi. Dawk il-kandidati li ma jkunux imsejħa biex jaqdu dmirijiet b’ mod attiv (jiġifieri, ikunu on call jew iservu bħala sostituti) jitħallsu ammont fiss ta’ €200.
F’każ li uffiċjal li inizjalment ikun ġie mqiegħed on call jew maħtur bħala sostitut jiġi sussegwentement mitlub iwettaq dmirijiet attivi matul il-konferenza, huwa jkun intitolat għal proporzjon pro-rata mill-allowance ta’ €410, ikkalkulat abbażi tan-numru ta’ jiem li matulhom ikun mitlub iwettaq dawn id-dmirijiet.
Dmirijiet
5.1 L-uffiċjali eliġibbli huma għalhekk mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet relatati ma’ waħda jew aktar mid-denominazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà huma deskritti fl-Anness A. L-uffiċjali ssekondati/mislufin/detailed/deployed/on attachment ma’ Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà meħtieġa, jistgħu japplikaw ukoll.
5.2.Fil-qadi tad-dmirjiet marbuta ma' din l-espressjoni ta' interess, il-kandidati magħzula għandhom jiżguraw konformita mal-General Data Protection Regulation (GDPR).
Eliġibbiltà
6. Jintlaqgħu applikazzjonijiet minn Uffiċjali Pubbliċi mhux inqas mill-grad ta' 'Uffiċjal Klerikali' fi Skala ta’ Salarju 15, u mhux ogħla mill-grad ta' 'Senior Principal' fi Skala ta’ Salarju 6, jew status ta' grades/positions/indefinite analogu, kif wkoll, Impjegati fis-Settur Pubbliku f’ karigi/pożizzjonijiet amministrattivi u klerikali komparabbli.
6.1 Preferenza tingħata lill-applikanti li huma fluwenti fil-lingwa Ingliża, Maltija u lingwa rilevanti oħra.
6.2 L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
7. Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mas-sottomissjoni tal-Uffiċjal. Kopji skennjati mibgħuta elettronikament huma aċċettabbli.
7.1 Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu jintwerew waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.
8. Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jkun esebit fuq in-noticeboard tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.
8.1 Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol f'201, Triq id-Dejqa, Valletta fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol |
Contact Persons : | William Mazzacano D'Amato |
Address : | 201, Triq id-Dejqa, Valletta |
Telephone : | 2568 9000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.