Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Chief Veterinary Technical Officer

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MEER 9/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Biedja, Sajd u Ambjent Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 31/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 14/08/2026 13:30
    Ministeru: Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir
    Dipartiment: Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A- Duties: Chief Veterinary Technical Officer 
1. Id-Direttur Ġenerali għall-Operat, f'isem is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r- Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Chief Veterinary Technical Officer fid-Direttorat għall-Ħarsien tal- Annimali fil-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax (12)-il xahar. 

2.2 Is-salarju ta’ Chief Veterinary Technical Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2026 huwa ta’ €35,837.98 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €39,682.00.

2.3 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

2.4 Dan il-post ġie identifikat bħala "post hekk identifikat"  għall-finijiet ta’ subartikolu 5 tal-artikolu 4 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595 tal-Liġijiet ta’ Malta) u skont id-Direttiva 14.1 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fit-3 ta’ Awwissu 2023, li jinvolvi funzjonijiet regolartorji / ta’ spettorat. Il-kundizzjonijiet relevanti elenkati fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u f’Direttiva 14.1 japplikaw. 
2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

a. Il-kandidat/i magħżul/a jkun/u meħtieġ/a jimla/jimlew id-Dikjarazzjoni disponibbli fl-Appendiċi  1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn), peress li din il-kariga/pożizzjoni  (i) hija fi skala ta’ salaraju 5 jew ogħla u (ii) tinvolvi funzjonijiet regolatorji/ispettorati kif elenkati fl-Anness tad-Direttiva 14.1 

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Chief Veterinary Technical Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni; 



(ii) a. Principal Veterinary Technical Officer;

 JEW

(ii) b. Senior Veterinary Technical Officers fi Skala ta' Salarju 7 li ikunu fil-pussess ta' kwalifika rilevanti u rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 krettu ECTS jew ekwivalenti*) kif idditerimnat mil-Management minn żmien għall-żmien.

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l- 2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Universita’ ta’ Malta li lammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS

JEW

(ii) c. Uffiċjali li jservu li fid-data tal-iffirmar ikunu qed iwettqu dmirijiet fi ħdan il-Veterinary Support Stream u huma elenkati fl-Appendix A mehmuż mal-Memorandum ta' Ftehim, għandhom ikunu eliġibbli biex japplikaw għall-gradi fi ħdan il-Ftehim li jirregola l-Veterinary Technical Stream ibbażat fuq is-snin tagħhom ta' servizz sodisfaċenti. L-uffiċjali għandhom ikomplu jipprogressaw skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-imsemmi Ftehim, u jibbenefikaw mill-allowances rilevanti għal-gradi l-ġodda tagħhom.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (ii) b.  jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

Ministry / Department :

Ministeru għall- Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir

Contact Persons :

Ms Gianella Lia- Manager II

Address :

6, Triq Ħal-Qormi, Sta Venera SVR 1302

Telephone :

20953131

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.