Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Post ta’ Foreman fil-Ministeru ghall- Akkomodazzjoni u l-Artijiet

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MAL/01/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 24/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 07/08/2026 13:30
    Ministeru: Ministeru ghall- Akkomodazzjoni u Artijiet

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru ghall- Akkomodazzjoni u l- Artijiet jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Foreman fil-Ministeru ghall- Akkomodazzjoni u l- Artijiet.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Waqt il- perjodu ta' probation/prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b'success kors ta' induzzjoni offru mill- Istitut ghas-Servizzi Pubblici aabiex ikun eligibbli ghall-konferma tal-hatra.

2.3 Is-salarju ta’ Foreman huwa ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2026 huwa ta’ €25,435 fis-sena, li jiżdied b’€375.17 fis-sena sa massimu ta’ €27,686.02 .

2.4 L-appuntati jkunu wkoll intitolati għall-ħlas ta' allowance annwali ta' klassi ta' €1,500  
2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Foreman jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

(i) kapaċi jikkomunikaw bil- Malti u bl- Ingliz sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni

U    

L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’  l-eliġibbilita’ l-oħra kollha.  Dawn l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’: -

(ii) a. Assistant Foreman

JEW

(ii) b. Supervisor (fis- Skala ta' Salarju 13) jew 'Other Industrial Grades' (fis- Skala ta' Salarju 13)

Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.


4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        





Ministry / Department :

 Ministeru ghall- Akkomodazzjoni u Artijiet

Contact Persons :

 Ms Doreen Seracino

Address :

 Palazzo Lucia Merchant Street Valletta

Telephone :

 --

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.