Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MES) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MES jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MES) jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ part-time Bicycle Instructors biex iħarrġu Edukaturi fl-Iskejjel tal-Istat fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.
Salarju
3.1. Part-time Bicycle Instructor ser jaħdem fuq bażi part-time għal massimu ta’ ħamsa u għoxrin (25) siegħa fil-ġimgħa liema numru ta’ sieghat jiġi determinat qabel il-bidu tas-sena skolastika, jiddependi minn numru ta’ applikanti li jkunu applikaw biex jattendu għall-korsijiet u/jew kwalunkwe esiġenzi li jistgħu jinqalgħu/jinbidlu minn żmien għal żmien.
3.2. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ part-time Bicycle Instructor jitħallas bir-rata ta' €20 fis-siegħa skond in-numru ta' lezzjonijiet/xogħol assenjat flimkien ma’ bonuses pro-rata (ta' nofs is-sena u Milied) u d-dħul supplimentari. Ir-remunerazzjoni tinkludi l-preparazzjoni, il-ħin tal-kuntatt u kwalunkwe dmir ieħor relatat.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ part-time Bicycle Instructors jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:
ii. jkunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwi tal-Malti u/jew l-Ingliż sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni; u
iii. ta' aktar minn tmintax (18)-il sena; u
iv. fil-pussess ta' kwalifika relatata; u/jew
v. mill-inqas sena (1) esperjenza rilevanti fil-kompetizzjoni / coaching bl-użu tar-rota.
vi. L-applikanti li laħqu l-età tal-irtirar huma wkoll eliġibbli biex japplikaw, bil-kundizzjoni li jkollhom il-kriterji ta’ eliġibilità mitluba msemmija hawn fuq.
L-applikanti li huma impjegati full-time fi skola li toffri edukazzjoni obbligatorja, mhumiex eliġibbli biex japplikaw.
Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b’differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta’ kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta’ eleġibilità.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education and Sport |
Contact Persons : | Edu Servizz.gov |
Address : | Great Siege Road,Floriana,VLT2000 |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.