Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Pożizzjoni ta' General Professional Trainee (Dentistrija) fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Mater Dei fil-Minisery għas-Saħħa u l-Anzjanita' Attiva

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 02/05/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 16/05/2025 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Job Duties 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva, tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' General Professional Trainee (Dentistrija) fid-Dipartiment tad-Dentistrija fl-Isptar Mater Dei fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.

3. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ General Professional Trainee (Dentistrija)  huwa ekwivalenti għal ħames tarġa  (5) tal-iskala ta' Salarju 9 (li fis-sena 2025 huwa ta' € 28,934.34 fis-sena). Mat-tlestija  ta' sena (1) servizz bħala General Professional Trainee (Dentistrija),  uffiċjal jipprogressa għall-massimu ta' Skala  9 (li fis-sena 2025 huwa €29,829.00 fis-sena)  Impjegati li jkunu qed jaħdmu fuq skeda ridotta jirċievu l-allowance prorata. 

Dmirijiet

4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ General Professional Trainee (Dentistrija) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

4.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-amministrazzjoni.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża; 
  2. imniżżlin fir-Reġistru li jappartjeni għall-professjoni tad-dentistrija miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta skont Artiklu 12(1) (a) tal-Health Care Profession Act Cap. 464.  

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.


5.2  Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għar-registrazzjoni rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 (iii) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://recruitmentadmin.gov.mt//attachments/2024_02_13_11_45_06_General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali reġistrazzjoni. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali reġistrazzjoni sat-30 ta'Novembru 2025.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija reġistrazżjoni ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
  
5.3 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

Ministry / Department :

 Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva

Contact Persons :

 Maureen Mahoney- Direttur Ġenerali People Management

Address :

 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta

Telephone :

 22992600

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.