Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas- Saħħa jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Medical Officer fl- Uffiċċju tad- Deputat Prim Ministru u Ministeru tas- Saħħa.
Salarju
3.1 Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Medical Officer huwa ekwivalenti għall-Iskala tas-Salarju 8 (li fis-sena 2026 huwa ta’ €30,405.02 fis-sena, b’żidiet ta’ €486.83 sa massimu ta’ €33,326.00), u għandu jitħallas fi tlettax-il pagament indaqs fis-sena.
3.2 Senior Medical Officers għandhom jiġu rimunerati għal massimu ta’ tnax-il (12) sessjoni bir-rata ta’ €92.79 għal kull sessjoni, bil-possibbiltà ta’ sessjoni waħda żejda fil-ġimgħa, kif stipulat fil-ftehim relatat mal-Klassi Medika. Ir-rata għas-sessjoni kif indikata tinkludi l-allowances kollha, bl-eċċezzjoni tal-Allowance għal Dmirijiet Speċjali.
3.3 L-Allowance għal Dmirijiet Speċjali applikabbli għall-Senior Medical Officer titħallas f’oqsma skont il-ftehim li jirregola l-Professjoni Medika, u tkun tammonta għal €3,690.00 fis-sena. Titħallas ukoll Allowance għal Dmirijiet Extra (EDA) bir-rata ta’ €21 fis-siegħa.
Dmirijiet
4.1 Id-dmirijiet marbuta mal-pożizzjoni ta’ Medical Officer jistgħu jiġu eżaminati fl-Anness A (Parti A) mehmuż ma’ din is-Sejħa għall-Applikazzjonijiet.
4.2 Persuna maħtura tista’ tkun meħtieġa twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz tal-kura tas-saħħa tal-Gvern ta’ Malta, skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Il-parir tal-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Community Malta u tal-Unit tal-Espatrijati fi ħdan Identità għandu jintalab kif meħtieġ fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq tkun teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tal-impjieg sa fejn dan ikun meħtieġ mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u mil-leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandu jiġi kkonsultat kif meħtieġ dwar din il-kwistjoni.
Se jiġu kkunsidrati wkoll applikazzjonijiet minn kandidati li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 5.1(i), sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5.2 sa 5.4. Il-ħatra ta’ tali kandidati tkun teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tal-impjieg sa fejn dan ikun meħtieġ mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u mil-leġiżlazzjoni sussidjarja.
5.2 Barra minn hekk, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom:
(i) ikollhom il-ħila jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża, bil-fehma li se tingħata konsiderazzjoni dovuta lill-kandidati li jkollhom ukoll il-ħila jikkomunikaw bil-lingwa Maltija; u
(ii) għall-pożizzjoni ta’ Medical Officer, ikunu rreġistrati bħala tobba mal-awtorità regolatorja kompetenti tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom jew, fejn dan ikun differenti, tal-pajjiż fejn l-aħħar ipprattikaw, u jkunu f’pożizzjoni regolari ma’ dik l-awtorità (mal-applikazzjoni għandu jiġi mehmuż Ċertifikat ta’ Good Standing); u
(iii) Sabiex kandidat jiġi kkunsidrat għall-impjieg fil-grad ta’ Senior Medical Officer skont il-paragrafu 2.4, irid ikun irreġistrat bħala speċjalista ma’ awtorità regolatorja kompetenti f’pajjiż ieħor għajr Malta, fi speċjalità inkluża fil-Ħames Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kapitolu 464 tal-liġijiet ta’ Malta). Ir-reġistrazzjoni bħala speċjalista, minnha nnifisha, ma tagħtix dritt lil kandidat biex jippratika jew jippreżenta ruħu bħala speċjalista f’Malta qabel ma ismu jiddaħħal fir-reġistru Malti tal-ispeċjalisti rilevanti.
5.3 Il-kandidati magħżula għandhom juru profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija fi żmien sena (1) mill-ingaġġ. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi sodisfatt billi jgħaddu mill-eżami "Basic Medical Maltese for Healthcare Professions", wara li jkunu temmew il-korsijiet "Basic Medical Maltese Part 1" u "Part 2" mill-istituzzjoni ta’ taħriġ maħtura mill-Uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa.
5.4 Reġistrazzjoni mal-Kunsill Mediku ta’ Malta
5.4.1 Il-kandidati li jirnexxu jingħataw stedina għall-impjieg mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa. Din l-istedina tista’ tiġi ppreżentata bħala sostenn għall-applikazzjoni tal-kandidat għar-reġistrazzjoni mal-Kunsill Mediku ta’ Malta; dan jinkludi, fil-każ ta’ applikanti eliġibbli li la huma Maltin u lanqas ċittadini tal-UE, applikazzjoni għal reġistrazzjoni temporanja skont l-Artikolu 11(2 tal-Att dwar il-Professjonijiet fil-Qasam tal-Kura tas-Saħħa (Kap. 464). L-istedina għall-impjieg fiha nnifisha ma tikkostitwixxix reġistrazzjoni, ma tawtorizzax il-prattika tal-professjoni, u ma tagħti l-ebda dritt għal ħatra. Il-Kunsill Mediku ta’ Malta jevalwa u jiddeċiedi dwar kull applikazzjoni, kif ukoll dwar il-proċedura xierqa għar-reġistrazzjoni, abbażi taċ-ċirkostanzi individwali tal-kandidat..
5.4.2 L-ebda kandidat magħżul ma għandu jibda dmirijiet mediċi qabel ma jiġi rreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta u jkollu l-liċenzja meħtieġa biex jipprattika. Fil-każ li tingħata reġistrazzjoni temporanja, il-prattika għandha tibqa’ limitata għas-servizz tas-saħħa tal-Gvern, taħt superviżjoni u soġġetta għal kwalunkwe kundizzjoni imposta mill-Kunsill Mediku ta’ Malta. Jekk din ir-reġistrazzjoni ma tinkisibx fi żmien sitt (6) xhur mid-data tal-istedina għall-impjieg, l-offerta tal-ħatra titqies nulla u bla effett.
5.5 L-Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom, sakemm il-ħatra kurrenti ma tkunx fi klassi/karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni aktar baxxa anke jekk ma jkunux ikkonfermati, kemm jekk fl-istess karriera u kemm jekk le.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Uffiċċju tad- Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa |
Contact Persons : | Dr. Renzo De Gabriele Segretarju Permanenti |
Address : | Direttorat tal- People Management Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania Triq il- Merkanti, Valletta,VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.