Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Għalliem Supplimentari

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 02/04/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Tagħlim u Edukazzjoni
    Data ppubblikata: 02/04/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 28/05/2027 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A  
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).

1.1 Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

1.2 L-applikanti jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari f’wieħed jew aktar mis-suġġetti li jidhru hawn taħt:

1.   Edukazzjoni Primarja (Ġenerali) / Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC);
2.   Edukazzjoni Primarja (Programm Preparatorju għall-Istudenti Internazzjonali);
   
3.   Edukazzjoni Sekondarja (Agribusiness);
4.   Edukazzjoni Sekondarja (Computing);
5.   Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Inġinerija);
6.   Edukazzjoni Sekondarja (Etika);
7.   Edukazzjoni Sekondarja (Hairdressing u Beauty);
8.   Edukazzjoni Sekondarja (Saħħa u Kura Soċjali); 
9.   Edukazzjoni Sekondarja (Ospitalità);
10. Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni - ICT);
11. Edukazzjoni Sekondarja (Programm Preparatorju għall-Istudenti Internazzjonali);
12. Edukazzjoni Sekondarja (Media Literacy);
13. Edukazzjoni Sekondarja (Żvilupp Personali, Soċjali u fil-Karriera - PSCD);
14. Edukazzjoni Sekondarja (Retail);
15. Edukazzjoni Sekondarja (Xjenza);
16. Edukazzjoni Sekondarja (Moda u Tessuti);
17. Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Informatika Vokazzjonali - VIT)
18. Edukazzjoni Sekondarja (Studji tan-Negozju);
19. Edukazzjoni Sekondarja (Ċiniż);
20. Edukazzjoni Sekondarja (Żfin); 
21. Edukazzjoni Sekondarja (Studji Soċjali);

22. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Accounting);
23. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Għarbi);
24. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Arti);
25. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Bijoloġija);
26. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Kimika);
27. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Reċtar / Theatre u Performance);
28. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Disinn u Teknoloġija);
29. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ingliż);
30. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji Ewropej);
31. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Franċiż);
32. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ġografija);
33. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja  (Ġermaniż);
34. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Komunikazzjoni Grafika);
35. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Storja);
36. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ekonomija għad-Dar - HE);
37. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Taljan);
38. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Malti);
39. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Matematika);
40. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Mużika);
41. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Edukazzjoni Fiżika - PE);
42. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Fiżika);
43. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Reliġjon);
44. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Spanjol);

45. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Studji Klassiċi)
46. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Computing u/jew Informazzjoni Teknoloġika - IT);
47. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Ekonomija);
48. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Engineering Drawing u Computer Aided Design);
49. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Xjenza Ambjentali);
50. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Marketing);
51. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Filosofija);
52. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Psikoloġija);
53. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Soċjoloġija);
54. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Systems of Knowledge);  

1.2.1 Suġġett tal-Programm għal Tagħlim Alternattiv (ALP) għall-edukazzjoni mainstream jew skola/skejjel speċifiċi
55. Edukazzjoni Sekondarja (Arti u Disinn);
56. Edukazzjoni Sekondarja (Auto Mechanics);
57. Edukazzjoni Sekondarja (Automotive Repair - Body u Paint);
58. Edukazzjoni Sekondarja (Servizzi tal-Bini);
59. Edukazzjoni Sekondarja (Care Work);
60. Edukazzjoni Sekondarja (Xogħol fl-Injam);
61. Edukazzjoni Sekondarja (Customer Care u Bejgħ);
62. Edukazzjoni Sekondarja (Installazzjonijiet Elettriċi u Elettronika Bażika);
63. Edukazzjoni Sekondarja (Multi-Media);
64. Edukazzjoni Sekondarja (Plumbing);
65. Edukazzjoni Sekondarja (Fuħħar u Ċeramika);
66. Edukazzjoni Sekondarja (Sheet Metal/Blacksmith);
67. Edukazzjoni Sekondarja (Welding u Fabrication);
68. Edukazzjoni Sekondarja (Ħiliet Bażiċi tal-Ħajja).



1.2.2 Suġġett tal-Edukazzjoni Speċjali kif provdut fl-Iskola Primarja San Miguel, Skola Sekondarja Guardian Angel, Skola Helen Keller (Primarja/Medja/Sekondarja/Post Sekondarja), Skola Dun Manwel Attard Wardija, Skola Guze' Aquilina Sannat u Reach Units

69. Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali);

1.2.3 Skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizzazzjoni tagħha hu:
  • Fl-Accounting jew fl-Ekonomija tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Studji tan-Negozju u/jew Retail;
  • l-Istudji tan-Negozju tista' wkoll tkun meħtieġa biex tgħallem r-Retail, l-Accounting u l-Ekonomija;
  • Fil-Bijoloġija, Kimika jew Fiżika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Xjenza;
  • Id-Disinn u Teknoloġija tista' wkoll tkun meħtieġa biex tgħallem l-Komunikazzjoni Grafika;
  • Fl-Engineering Drawing u Computer Aided Design (CAD) tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Komunikazzjoni Grafika;
  • Computing u Teknoloġija tal-Informatika Vokazzjonali (VIT) tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll l-ICT;
  • Il-Komunikazzjoni Grafika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Disinn u Teknoloġija;
  • Moda u Tessuti bi krettu ECTS rilevanti għall-Ekonomija għad-Dar (HE) tista’ tintalab tgħallem ukoll l-Ekonomija għad-Dar (HE);
  • Fix-Xjenza bi krettu ECTS rilevanti għall-Kimika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Kimika;
  • Fix-Xjenza bi krettu ECTS rilevanti għall-Bijoloġija tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Bijoloġija;
  • Fix-Xjenza bi krettu  ECTS rilevanti għall-Fiżika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Fiżika;
  • Fil-Malti tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll il-Malti bħala Lsien Barrani kull fejn jiġi offrut.

1.3 Persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizazzjoni tagħha huwa Arti, Etika, Xjenza, Mużika, PE, PSCD jew Reċtar (Sekondarja/Post-Sekondarja) tista’ wkoll tintalab tgħallem is-suġġett rispettiv fiċ-Ċiklu tal-Primarja u Kindergarten u skejjel/units imsemmija f' para 1.2.2.

1.4 Persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizazzjoni tagħha huwa kwalunkwe mis-suġġetti mgħallma fil-livell Sekondarju u/jew Post-Sekondarju fi klawsola 1.2 hawn fuq tista’ ukoll tkun meħtieġa tgħallem is-suġġett rispettiv fiċ-Ċentri tas-Sapport ta’ Tagħlim u/jew skejjel li joffru Programmi għal Tagħlim Alternattiv.

1.5 Persuna magħżula li tkun ingaġġata biex tgħallem il-Programm Preparatorju għall-Istudenti Internazzjonali tkun meħtieġa li tgħallem aktar minn suġġett wieħed fi ħdan dan il-programm.

1.6 Jekk suġġett li bħalissa jiġi mgħallem f’ċiklu partikolari u jibda jiġi mgħallem f’ċiklu differenti, il-persuna magħżula tista’ tiġi trasferita skont il-ħtieġa.

1.7 Persuna magħżula tista’ tintalab li tagħmel kwalunkwe taħriġ speċjali kif meħtieġ.

3.1 Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari jkun skont dan li ġej:

(a) Applikanti li jiġu ngaġġati skont it-termini ta’ paragrafi 5.1(iii) (Kategorija A fil-lista tar-riżultati skont it-termini ta’ paragarafu 7.3 t’hawn taħt) se jiġu maħtura bħala Għalliema b' kuntratt definit, li jitħallsu l-minimu ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2026 huwa ta’ €28,701.02 fis-sena jekk ikunu fuq bażi full-time jew fuq bażi ta’ ħlas bis-siegħa pro rata skont il-minimu ta' Skala ta' Salarju 9 jekk fuq bażi ta’ part-time u allowance annwali jew fuq bażi pro-rata kif stipulat fil-Ftehim iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teacher (MUT) fil-15 ta' Lulju 2024, jekk tkun impjegata għal inqas minn sena skolastika waħda;

(b) Għalliema Supplimentari li jiġu ngaġġati skont it-termini ta’ paragrafi 5.1(iv) (Kategorija B fil-lista tar-riżultati skont it-termini ta’ paragrafu 7.4 t’ hawn taħt) jitħallsu l-minimu ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2026 huwa ta’ €28,701.02 fis-sena jekk ikunu fuq bażi full-time jew fuq bażi ta’ ħlas bis-siegħa pro rata skont il-minimu ta' Skala ta' Salarju 9 jekk fuq bażi ta’ part-time u allowance annwali jew fuq bażi pro-rata kif stipulat fil-Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teacher (MUT) fil-15 ta' Lulju 2024, jekk tkun impjegata għal inqas minn sena skolastika waħda;

(ċ) Għalliema Supplimentari li jiġu ngaġġati skont it-termini ta’ paragrafi 5.1(v) (Kategorija Ċ fil-lista tar-riżultati skont it-termini ta’ paragarafu 7.4 t’hawn taħt) jitħallsu l-minimu ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2026 huwa ta’ €27,055.98 fis-sena jekk ikunu fuq bażi full-time jew fuq bażi ta’ ħlas bis-siegħa pro rata skont il-minimu ta' Skala ta' Salarju 10 jekk fuq bażi ta’ part-time u allowance annwali jew fuq bażi pro-rata kif stipulat fil-Ftehim iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teacher (MUT) fil-15 ta' Lulju 2024, jekk tkun impjegata għal inqas minn sena skolastika waħda.

(d) Għalliema Supplimentari li jiġu ngaġġati skont it-termini ta’ paragrafi 5.1(vi) (Kategorija D fil-lista tar-riżultati skont it-termini ta’ paragarafu 7.4 t’hawn taħt) jitħallsu l-minimu ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2026 huwa ta’ €25,435.00 fis-sena jekk ikunu fuq bażi full-time jew fuq bażi ta’ ħlas bis-siegħa pro rata skont il-minimu ta' Skala ta' Salarju 11 jekk fuq bażi ta’ part-time u allowance annwali jew fuq bażi pro-rata kif stipulat fil-Ftehim iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teacher (MUT) fil-15 ta' Lulju 2024, jekk tkun impjegata għal inqas minn sena skolastika waħda.

3.2 Għalliema Supplimentari jkunu wkoll intitolati għall-bonus annwali u għal suppliment tad-dħul fil-ġimgħa, kemm jekk fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi pro-rata skont l-għadd ta’ sigħat ta’ kuntatt u sigħat bla kuntatt maħdumin jekk l-għalliem ikun qed jaħdem fuq bażi part-time, sakemm madankollu dawn ma jkunux diġà qed jitgawdew minnu taħt xi wieħed mill-provedimenti tal-Att tas-Sigurtà Soċjali.

3.3 Il-ħatra tal-persuna magħżula hija suġġetta għall-kisba ta' Warrant ta' Għalliem (Temporanju). Jekk dan il-Warrant ta' Għalliem (Temporanju) ma jinkisibx ifisser ipso facto revokazzjoni tal-ħatra skont ir-Regolament Nru. 23 tar-Regoli tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku (S.L. Const. 01).  

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

(ii) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni; U

Kategorija A

(iii) fil-pussess ta' Teacher’s Warrant (Permanenti) maħruġ mill-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema (CTP) taħt l-Artikolu 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni; U

wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta ta’ tagħlim fil-Livell 6 jew 7 tal-MQF kif definit fl-Appendiċi A, imma mhux fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih, flimkien ma' ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat (minimu Grad E) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, jew fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 krettu ECTS jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li applikaw għalih, jew ogħla; 

(b) għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iii) (a) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/suġġett/qasam bil-kundizzjoni li jkunu fil-pussess ta’ pass fl-ECDL/ICDL Avvanzat. L-applikanti li ma jkollhomx taħriġ speċifiku f’C3 xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li meta jiġu offruti l-impjieg itemmu b’suċċess it-taħriġ meħtieġ f’C3 sa tmiem is-sena skolastika;

(c) għall-Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali) u/jew il-Programm Preparatorju għall-Istudenti Internazzjonali, l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iii) (a) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/suġġett/qasam;

(d) għall-Edukazzjoni Primarja (Ġenerali) l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iii) (a) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/suġġett/qasam u erba' (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi il-Matematika, l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;

(e) applikanti li għandhom fil-pussess tagħhom degree fl-Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC) jistgħu japplikaw għal paragrafi 5.1(iii) (d) hawn fuq, bil-kundizzjoni li jkunu fil-pussess ta’ Livell ta' Matrikola Avvanzat (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew suġġett fix-Xjenza u erba' (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi il-Matematika, il-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;

(f) f’każ ta’suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail u Moda u Tessuti, l-applikanti jrid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li jotjenu din il-kwalifika bil-kundizzjoni li tkun inkisbet din il-kwalifika qabel ma tiġi mġedda l-ħatra definittiva għas-sena skolastika li jmiss.

(g) għall-Edukazzjoni Sekondarja (Ħiliet Bażiċi tal-Ħajja), l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iii) (a) hawn fuq, bi kwalunkwe speċjalizzazjoni fl-oqsma relatati, iżda mhux limitati, maż-żamm u manutenzjoni tad-dar, immaniġjar tal-finanzi personali, il-kura u s-saħħa soċjali, ħiliet fit-tessuti, litteriżmu u użu diġitali u l-kontroll emozzjonali.


Kull referenza għall-kwalifika ta’ Tagħlim jew kwalifika/kors pedagoġiku msemmi hawn fuq trid tkun skont it-tabella li tinstab f’Appendiċi A u tkun meqjusa komparabbli mis-CTP skont it-termini ta’ Artiklu 24 (2) (d) (iv) tal-Att dwar l-Edukazzjoni. Min għandu Baċċelerrat fl-Edukazzjoni jew PGCE jew MTL maħruġ mill-Università ta’ Malta jew fl-Istitut tal-Edukazzjoni, huma eżentati milli jipprovdu l-komparabbiltà.

Kull referenza għal kwalifika rikonoxxuta ta’ Tagħlim jew kors ta’ Pedagoġiku (Appendiċi A) msemmi hawn fuq, tista’ tarahom billi taċċessa dan il-link: https://peoplemanagement-education.gov.mt/wp-content/uploads/2026/03/Appendix-A-Teacher-Call-2026-2027.pdf

Kategorija B

(iv)
Jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eliġibbli skont paragarafi 5.1(iii) t’ hawn fuq u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eliġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom:

(a) kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 krettu ECTS jew ekwivalenti*), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih;

JEW

(b) kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 180 krettU ECTS jew ekwivalenti*), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih;

JEW

(ċ) kwalunkwe mill-kwalifiċi msemmija f’paragarafi 5.1(iv) (a) jew (b) hawn fuq, imma mhux fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih, flimkien ma' ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat tal-Livell 4 tal-MQF (minimu Grad E) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, jew kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 krettu ECTS jew ekwivalenti*), fis-suġġett/qasam relatat li applikaw għalih, jew ogħla;

(d) għall-Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali) u/jew Programm Preparatorju għall-Istudenti Internazzjonali, l-applikanti jistgħu japplikaw b’rekwiżiti f’paragrafi 5.1(iv) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/qasam/suġġett; 

(e) għall-Edukazzjoni Primarja (Ġenerali) applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iv) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/suġġett/qasam u erba' (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-Matematika, il-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;

(f) applikanti li għandhom fil-pussess tagħhom degree fl-Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC) jistgħu japplikaw għal paragrafi 5.1(iv) (e) hawn fuq bil-kundizzjoni li jkunu fil-pussess ta’ Livell ta' Matrikula Avvanzata (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew Suġġett fix-Xjenza u erba' (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-Matematika, il-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;

(g) f’każ ta’ suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail u Moda u Tessuti, l-applikanti irid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET, xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li jotjenu din il-kwalifika bil-kundizzjoni li tkun inkisbet din il-kwalifika qabel ma tiġi mġedda l-ħatra definittiva għas-sena skolastika li jmiss;

(h) fil-każ tad-Disinn u Teknoloġija, l-eliġibbiltà tkun estiża għal dawk l-applikanti li minn barra ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.1, kisbu kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 6 tal- MQF jew ogħla fil-Product Design, Mechanical Engineering, Electronics Engineering jew Livell 4 tal-MQF fil-Fiżika, jew kwalifika komparabbli pertienenti rikonoxxuta. Din l-estensjoni hija suġġetta li jekk l-applikanti ma jippreżentawx il-kwalifiki relatati ma’ dawn l-oqsma kollha li ġejjien: tagħrif ta’ Livell 4 tal-MQF fuq teorija elettronika, Workshop ta' esperjeza fil-Manifattura, tagħrif ta’ Livell 5 tal-MQF fuq teorija ta' prinċipji tal-Mekkaniżmu u tagħrif ta' Livell 3 tal-MQF fil-Graphical Communication, l-applikanti huma suġġetti li jattendu jew ifittxu taħriġ offrut estern, sabiex jiġu ikkunsidrati jew ikkonfermati fil-pożizzjoni tagħhom. 

(i) għall-Edukazzjoni Sekondarja (Ħiliet Bażiċi tal-Ħajja), l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iv) (c) hawn fuq, bi kwalunkwe speċjlizzazjoni fl-oqsma relatati, iżda mhux limitati, maż-żamm u manutenzjoni, mmaniġjar tal-finanzi, il-kura u s-saħħa soċjali, maż-żamm tal-ħwejjeġ, l-użu diġitali u l-kontroll emozzjonali.


Kategorija Ċ

(v)
Jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eliġibbli skont paragarafi 5.1 (iii) u (iv) t’hawn fuq u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eliġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom:

(a) kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 krettu ECTS jew kwivalenti*), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih u erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-Matematika, il-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;

(b) għall-Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali) u/jew Programm ta' Induzzjoni għall-Istudenti Internazzjonali, l-applikanti jistgħu japplikaw b' rekwiżiti f' paragrafi 5.1 (v) (a) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/suġġett/qasam;

(c) applikanti li jkunu fil-pussess ta’ Diploma tal-VET f’Livell 5 tal-MQF fl-Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC) (suġġetta għall-minimu ta’ 60 krettu ECTS jew ekwivalenti*) jew iżjed irid ikollhom ukoll Livell ta' Matrikula Avvanzat (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew Suġġett fix-Xjenza u erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal- Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-Ċ jew 9-4) (Livell 3 tal-MQF), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża, l-lingwa Maltija u l-Matematika;

(d) f’każ ta’ suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail u Moda u Tessuti, l-applikanti jrid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li tkun inkisbet din il-kwalifika qabel ma tiġi mġedda l-ħatra definittiva għas-sena skolastika li jmiss.

(e) għall-Edukazzjoni Sekondarja (Ħiliet Bażiċi tal-Ħajja), l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(v) (a) hawn fuq, bi kwalunkwe speċjalizzazjoni fl-oqsma relatati, iżda mhux limitati, maż-żamm u manutenzjoni tad-dar, immaniġjar tal-finanzi personali, il-kura u s-saħħa soċjali, ħiliet fit-tessuti, litteriżmu u użu diġitali u l-kontroll emozzjonali.

Kategorija D 

(vi)

Jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eliġibbli skont paragarafi 5.1 (iii),  (iv) u (v) t’hawn fuq u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eliġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom:


(a) kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 krettu ECTS jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li japplikaw għalih, u erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-Matematika, il-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;


JEW 


(b) żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola (minimu grad E) (MQF Livell 4) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, fejn wieħed mis-suġġett fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola (minimu grad E) jew Award fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 30 krettu ECTS jew ekwivalenti*) jew kwalifika  komparabbli pertinenti rikonoxxuta, irid ikun fis-suġġett/qasam li qed japplikaw għalih u erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-Matematika, il-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;

 

(c) applikanti li jkunu fil-pussess ta’ Diploma tal-VET f’Livell 4 tal-MQF fl-Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC) (suġġetta għall-minimu ta’ 120 krettu ECTS jew ekwivalenti*) irid ikollhom ukoll Livell ta' Matrikula Avvanzat (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew Suġġett fix-Xjenza u erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal- Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-Ċ jew 9-4) (Livell 3 tal-MQF), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża, il-lingwa Maltija u l-Matematika;


(d) fil-każ tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni l-applikanti li japplikaw taħt paragrafu 5.1 (vi) (a) jew (b) hawn fuq iridu jkunu fil-pussess ta’ pass fl-ECDL/ICDL Avvanzat. L-applikanti li ma jkollhomx taħriġ speċifiku f’C3 xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li meta jiġu offruti l-impjieg itemmu b’suċċess it-taħriġ meħtieġ f’C3 sa tmiem is-sena skolastika;


(e) fil-każ tal-Edukazzjoni Fiżika, l-eliġibbiltà tkun estiża għal dawk l-applikanti li kisbu MQF Livell 4 fl-Isports U erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC Grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju ("O" Level Grad A–Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;

 

(f) fil-każ tal-Engineering Drawing/Computer Aided Design (CAD), applikanti li poġġew għall-eżamijiet tal-livell Avvanzat tal-Matrikola (MQF Livell 4) f' Engineering Drawing fl-2010 jew qabel, iridu jippreżentaw ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat (minimu Grad E) (MQF Livell 4) fl-Engineering Drawing u ċertifikati tas-City and Guilds Livell 2D u 3D fil-Computer Aided Design jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta. Kandidati li poġġew għal-Livell Avvanzat tal-Matrikola (MQF Livell 4) mill-2011 ’il quddiem iridu jippreżentaw biss iċ-ċertifikat tal-Livell Avvanzat tal-Matrikola fl-Engineering Drawing billi dan sar jinkludi komponenti mill-CAD;

 

(g) f’każ ta’ suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail u Moda u Tessuti, l-applikanti jrid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li tkun inkisbet din il-kwalifika qabel ma tiġi mġedda l-ħatra definittiva għas-sena skolastika li jmiss.


(h) għall-Edukazzjoni Sekondarja (Ħiliet Bażiċi tal-Ħajja), l-eliġibbiltà tkun estiża għal dawk l-applikanti fil-pussess ta’ MQF Livell 4 bi kwalunkwe speċjalizzazjoni fl-oqsma relatati, iżda mhux limitati, maż-żamm u manutenzjoni tad-dar, immaniġjar tal-finanzi personali, il-kura u s-saħħa soċjali, ħiliet fit-tessuti, litteriżmu u użu diġitali u l-kontroll emozzjonali u erba' (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi il-Matematika, il-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija.


*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 30/60/120/180 ECTS krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali)


Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.

5.2 Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
  
5.3 L-applikanti kollha eliġibbli taħt paragrafi 5.1 iridu japplikaw għall-warrant temporanju onlajn jew iġeddu l-warrant temporanju tagħhom permezz tal-link li ġejja: https://education.gov.mt/public-bodies/council-for-the-teaching-profession/. Il-warrant temporanju dejjem jiskadi fil-31 ta’ Awwissu u għandu jiġġedded kull sena skolastika.

Ministry / Department :

 Ministeru għall-Edukazzjoni, l-isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Contact Persons :

Dipartiment tal-People Management 

Address :

Triq l-Assedju l-Kbir, Furjana 

Telephone :

2598 0000 

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.