Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1.1 Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jilqa’ applikazzjonijiet minn Kapijiet tal-Iskola, Deputy Heads of School li kienu mgħarufa bħala Assistenti Kapijiet tal-Iskola, Uffiċjali Edukattivi, Kapijiet ta’ Dipartiment u Għalliema/Instructors li rtiraw, servew fi skejjel liċenzjati statali u mhux statali li joffru edukazzjoni obbligatorja biex iwettqu dmirijiet ta’ tagħlim fi ħdan il-Kulleġġi Statali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni biex iservu f’Malta u / jew Għawdex għal perjodu definit fuq bażi full-time jew part-time, kif u meta jkun meħtieġ.
1.2 L-applikanti jkunu jistgħu japplikaw għal xi wieħed mis-suġġetti/oqsma/ċiklu mgħallma f'edukazzjoni obbligatorja, billi jindikaw fis-CV is-suġġett/i/qasam/ċiklu. Għal-lista ta' suġġetti /oqsma/ ċiklu ġentilment ara l-Appendici A.
Salarju
3.2 Il-Kapijiet tal-Iskola, Deputy Heads of School li kienu mgħarufa bħala Assistenti Kapijiet tal-Iskola, Uffiċjali Edukattivi, u Kapijiet ta’ Dipartiment li ġew magħżula biex jirritornaw biex jgħallmu, għandhom jitħallsu il-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (li hija l-massimu ta’ salarju ta’ għalliem), inklużi l-allowances kollha rilevanti applikabbli.
3.3 Il-mid-day break supervision jitħallas fis-siegħa bir-rata applikabbli stabbilita kull sena skolastika.
3.4 Il-persuna magħżula tkun intitolata ukoll għall-bonus annwali u weekly income supplement kemm jekk taħdem fuq bażi full-time jew fuq bażi pro-rata skont in-numru ta' sigħat contact u non-contact maħduma jekk taħdem fuq bażi part-time, sakemm madankollu, dawn ma jkunux diġà qed igawdu minnu taħt xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Dmirijiet
Eliġibbiltà
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
- kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
Għalliema/Instructors, Kapijiet tal-Iskola, Deputy Heads of School li kienu mgħarufa bħala Assistenti Kapijiet tal-Iskola, Uffiċjali Edukattivi, u Kapijiet ta’ Dipartiment li rtiraw u li:
(a) laħqu l-età tal-irtirar (mhux aktar minn sebgħin (70) sena);
u
(b) huma fil-pusses ta’ Warrant (Permanenti) ta’ Għalliem;
u
(c) għandhom ta' mill-inqas hames (5) snin skolastiċi esperjenza ta’ tagħlim fis-suġġett/qasam/ċiklu li jkunu qed japplikaw għalih ġo skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obligatorja.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni |
Contact Persons : | Riżorsi Umani |
Address : | Triq l-Assedju l-Kbir, Furjana |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.