Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Programme Officer (Cybersecurity Implementation)

     Nru. ta' Referenza Government Gazette datata 17/04/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 17/04/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 04/05/2026 17:15
    Ministeru: Ministry for Home Affairs, Security and Employment

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Programme Officer (Cybersecurity Implementation) fid-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritija ta' Malta, fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol.

3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Programme Officer (Cybersecurity Implementation) huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 9 (ekwivalenti għal €30,937.67 fl-2026), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.

3.2 Persuna magħżula tkun intitolata wkol għal:

(i) performance bonus sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku tagħha. Ir-rata attwali tiġi stabbilita skont iddiskrezzjoni tas-Segretarju Permanenti.

(ii) disturbance allowance ta' 15% (minflok overtime) tas-salarju ripsettiv li jista' f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal perjodi speċifiċi awtorizzat mis-Segretarju Permanenti, jiżdied għal 25%. Dan id-disturbance allowance ma jkunx pagabbli lill-uffiċċjali li jkunu qed jaħdmu b'reduced hours.




Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Programme Officer (Cybersecurity Implementation) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
U

iii. ikollhom degree ta’ Baċelerat rikonoxxuta f’Livel 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS jew ekwivalenti*) fi Science jew Technology jew Engineering jew Mathematics jew Business Management jew Knowledge and Information Management jew Criminology jew Finance jew ICT jew AI jew Software Development jew Digital Games Development jew Network Security and Administration jew kwalifika professjonali komparabbli, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti għal-pożizzjoni.

*Kwalifika ta' Baċelerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta mill-Università ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 180 krettu ECTS hija aċċetabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Università ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta' 180 krettu ECTS).

JEW

iv. Uffiċjali Pubbliċi mhux inqas minn Skala ta’ Salarju 12 jew impjegati fis-Settur Pubbliku li jwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jew impjegati tal-RSSL, it-tnejn f’livell komparabbli ta’ responsabbiltà, b’erba' (4) snin esperjenza ta’ xogħol rilevanti għal-pożizzjoni..  
       
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 


Ministry / Department :

Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol

Contact Persons :

William Mazzacano D'Amato

Address :

201, Triq id-Dejqa, Valletta

Telephone :

25689000

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.