Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    ICT Support Officer

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 09/10/2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Teknoloġija tal-Informatika
    Data ppubblikata: 09/10/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 23/10/2026 17:15
    Ministeru: Il-Ministeri Kollha
    Dipartiment: Servizz Pubbliku ta’ Malta

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Dmirijiet / Duties 
  1. Is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards), Uffiċċju tal-Prim Ministru tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ ICT Support Officer fis-Servizz Pubbliku ta' Malta.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Is-salarju ta’ ICT Support Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2026 huwa ta’  €23,816 fis-sena, li jiżdied b’€354.00 fis-sena sa massimu ta’ €25,940.

2.3 Uffiċjali fil-grad ta’ ICT Support Officer li għandhom jew ikollhom kwalifika rikonoxxuta f'livell 5 tal-MQF b'minimu ta' 60 krettu ECTS jew ekwivalenti fil-Computing u/jew ICT; jew ċertifikazzjoni tal-ICT f'livell 4 tal-MQF b'minimu ta' 60 krettu ECTS jew ekwivalenti; jew ICT Support Officers bi tliet (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti u bi kwalifika rikonoxxuta fil-Computing, ikun, suġġett għat-tlestija b'suċċess tal-proċess tal-colloquium, eliġibbli biex jipprogressaw għal Senior ICT Support Officer fi Skala ta' Salarju 11 (€25,435 x €375.17 - €27,686.02 fis-sena 2026). 

2.4 Il-kandidati magħżula jkunu intitolati għal ħlas ta' Communication Allowance ta' €300 fis-sena u Class Allowance ta' €3,000 fis-sena.

​2.5 Mhux se jkun possibbli li jintalab transfer minn dawk appuntati qabel perjodu ta' sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta' sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu d-dmirijiet tal-post ta' ICT Support Officer x'imkien ieħor, skont il-postijiet stabbiliti.

2.6 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.

2.7 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  
​

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ ICT Support Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:
  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

    U

  2. a.  ikollhom kwalifika rikonxxuta fil-livell 4 tal-MQF (b'minimu ta' 60 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) f'Computing u/jew ICT jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli; 

    JEW

     b. f'pussess ta' żewġ (2) kwalifiki ta' 'A' Level f'livell 4 tal-MQF, jew ekwivalenti, li waħda (1) minnhom trid tkun f'suġġett relatat mal-IT u jkunu wkoll fil-pussess ta':

    i.  kwalifika li turi li għaddew (mill-inqas fi Grad 5 jew Livell 3 fil-każ tal-eżamijiet taċ-Ċess, u Grad C jew 4 fil-każ tal-eżamijiet tal-Edexcel (London) jew komparabbli) f'livell 3 tal-MQF, fi tlett (3) suġġetti u ċertifikat fl-IT Office Application Skills.  Dawn is-suġġetti għandhom jeskludu suġġetti li diġa jidhru bħala suġġetti separati fil-kors ta' studju/suġġetti ta' 'A' Level segwit f'livell 4 tal-MQF;

    JEW

    ii.  kwalifika vokazzjonali f'livell 3 tal-MQF, jew Secondary School Qualification and Profile (SSQ&P) f'livell 3 tal-MQF / Secondary School Certificate and Profile (SSC&P) f'livell 3 tal-MQF, f'erba' (4) suġġetti, inkluż IT Office Applications Skills, bħala suġġetti separati fi ħdan il-programm ta' studju.  Dawn is-suġġetti għandhom jeskludu suġġetti li diġa jidhru bħala suġġetti separati fil-kors ta' studju/suġġetti ta' 'A' Level segwit f'livell 4 tal-MQF;

    JEW

    c.  Uffiċjali Pubbliċi fi skala mhux inqas minn Skala ta' Salarju 16, li għandhom kwalifika rikonoxxuta f'Computing jew ICT Certification f'livell 3 tal-MQF.

    ​*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60 ECTS krettu, hekk kif applikabbli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument dwar Dispożizzjonijiet Ġenerali).​

Korsijiet qosra li jwasslu għal awards, b'differenza mill-kwalifiki, ma jkollhomx in-numru meħtieġ ta' kretti ECTS fil-livell tal-MQF rispettiv u, għalhekk, ma jiġux ikkunsidrati għal finijiet ta' eliġibilita'.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
      
4.2 i. Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi revokata.

ii. Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.          

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 



Ministry / Department :

 Office of the Prime Minister - People and Standards Division

Contact Persons :

Ms Rosemarie Calleja / Ms Silvana Portelli

Address :

3, Castille Place, Valletta

Telephone :

2200 3653 / 2200 1324

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.