Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Post ta' Uffiċjali tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunità fid-Dipartiment tal-Pulizija fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern 25 ta' Ottubru 2024


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Bl-Uniformi u Sigurtà
    Data ppubblikata: 25/10/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 22/11/2024 17:15
    Ministeru: Ministry for Home Affairs, Security and Employment

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A 
Ara d-dokument Annex B 
  1. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Uffiċjali tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunità (Police Patrol u Community Support Officers, PPCSO), fid-Dipartiment tal-Pulizija, fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).

2.2  Is-salarju ta' Uffiċjal tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunità huwa ta' Skala ta' Salarju 16, li fl-2024 huwa ta' €16,130.00 fis-sena, li jiżdied bi €263.00 fis-sena sa massimu ta' €17,708.00.

2.3 Waqt iż-żmien li l-kandidati jkunu qed jattendu l-kors ta' Trainee, Uffiċjal tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunità, se jitħallsu salarju proporzjonat sal-punt tad-dħul fi Skala ta' Salarju 16 (€16,130.00 fis-sena 2024). Mat-tlestija b'suċċess tat-taħriġ rispettiv, l-Uffiċċjal tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita' jitla' fi Skala 16 Step 3 (li fl-2024 huwa ta' €16,656.00).

2.4 Persuna fil-grad ta’ Uffiċjali tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunità titla' fi Skala 15 (€17,265.00 x €298.00 - €19,053.00 fis-sena 2024) wara il-perjodu ta' prova, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. 

2.5 Uffiċjali tal-Pulizija tal-Patrol u għall-Appoġġ fil-Komunità jkunu eliġibbli li jsiru membri tal-Korp ladarba jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà fi żmien ħames (5) snin mill-ħatra tagħhom. Ladarba jsiru Kuntistabbli tal-Pulizija, is-servizz tagħhom bħala Uffiċċjali tal-Pulizija tal-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunita' jiġi kkunsidrat bħala servizz mal-Korp u għandu jkollhom is-snin ta' servizz imwettqa bħala Uffiċjali tal-Pulizija tal-Patrol u għall-Appoġġ fil-Komunità magħduda fuq proporzjon ta' 1:0.5 biex jiġu kkunsidrati fuq bażi nozzjonali għall-fini ta' skala ta' salarju u bil-għan li jingħaqdu mal-Korp bħala uffiċjal ġuramentat.

2.6 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.

2.7  Uffiċjali tal-Pulizija tal-Patrol u għall-Appoġġ fil-Komunita' jistgħu jaħdmu fuq sistema ta' xift.  F'dan il-każ, allowances skond il-PSMC japplikaw.




Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Uffiċjali tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunità jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
  1. ċittadini ta' Malta;
  2.  ikunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża;
  3.  fil-pussess ta' Complete School Leaving Certificate;
  4.  ikunu għalqu t-tmintax (18)-il sena sal-aħħar ta' Frar 2025;
  5.  ikunu medikament b’saħħithom f’kull rispett, kemm fiżikament kif ukoll mentalment, skont l-istandard mediku ta' saħħa fil-Korp biex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri kollha ta' Uffiċjal tal-Pulizija għall-Patrol u għall-Appoġġ tal-Komunità;
  6.  applikazzjonijiet minn kandidati li jkollhom fuq il-persuna tagħhom tatwaġġi u/jew body piercing u/jew modifikazzjonijiet oħrajn jiġu rregolati mill-policy tal-Malta Police Force Tattoos fil-link (http://pulizija.gov.mt/en/police-force/police-vacancies/Documents/POL-TAT.pdf);
  7.  applikazzjonijiet minn kandidati li għandhom body modification u/jew body piercing jiġu kkunsidrati skont il- każ.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

      
4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.5 Applikanti se jkunu suġġetti għas-Security Clearance u dawk li qed japplikaw minn Korpi Dixxiplinari oħra se jkunu ukoll suġġetti għall-kondotta ta' dmir mill-Korpi Dixxiplinari tagħhom


Ministry / Department :

 Ministeru għall-Intern, is-Sigurta u x-Xogħol

Contact Persons :

 Stephanie Farrugia

Address :

 Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Pjazza San Kalċidonju, Furjana

Telephone :

 21244001

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.