Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Higher Specialist Trainee (Oncology u Radiotherapy) fid-Dipartiment tal-Oncology u Haematology

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal- Gvern datata 16 ta' Ottubru 2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 16/10/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 30/10/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
Ara d-dokument Annex B 
1. Is-Segretarju Permanenti, Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Higher Specilaist Trainee (Oncology u Radiothrapy) fid-Dipartiment tal-Oncology u Haematology fl-Uffiċċju tad- Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa.

3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’  Higher Specialist Trainee huwa ekwivalenti għall-massimu tal-Iskala tas-Salarju 6 (li fis-sena 2026 huwa ta’ €37,509.00 fis-sena), bi grad sostantiv ta’ Senior Staff Grade li jibda mit-tielet stadju tal-Iskala tas-Salarju 6 (li fis-sena 2026 huwa ta’ €35,123.68).

3.2 Higher Specialist Trainee għandu jirċievi Allowance ta’ Speċjalizzazzjoni ta’ €6,530 fis-sena għall-ewwel sentejn (2) li jitħallas fi tlettax-il pagament indaqs kull sena.

3.3 Higher Specialist Trainee għandu jirċievi Allowance ta' Speċjalizzazzjoni ta' €7,050 mit-tielet sena 'l quddiem, li jitħallas fi tlettax-il pagament indaqs kull sena.

Dmirijiet

4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’  Higher Specialist Trainee jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

4.2 Persuna maħtura tista’ tintalab twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz tal-kura tas-saħħa f’Malta u/jew Għawdex, skont id-diskrezzjoni tal-maniġment.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

      ii. kapaċi jikkomunika bil-lingwa Maltija u bl-Ingliż;
     iii.ikollhom l-warrant biex jipprattikaw (reġistrazzjoni sħiħa bħala prattikant mediku mal-Kunsill Mediku ta’ Malta) U
     iv. ​fil-pussess ta’ Ċertifikat tat-Tlestija tat-Taħriġ Bażiku Speċjalizzat (CCBST)  fil-General/Internal Medicine maħruġ mill-Kumitat tal-Akkreditazzjoni tal- Ispeċjalisti (SAC) ta’ Malta jew ekwivalenti sa' 31ta' Marzu 2027.

5.2 Qed jiġi ċċarat li qabel ma jinħatru, l-applikanti li japplikaw għall-pożizzjoni ta' Higher Specialist Trainee Oncology u Radiotherapy jirrikjedi li ikollhom CCBST fil-General/Internal Medicine jew ekwivalenti.

5.3 Applikanti li l-CCBST tagħhom, jew kwalifika ekwivalenti, tkun ingħatat minn entità oħra għajr l-Specialist Accreditation Commitee (SAC) ta’ Malta, iridu jiksbu mingħand l-SAC ta’ Malta dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent li tikkonferma l-komparabbiltà tal-kwalifika tagħhom mas-CCBST rilevanti.

5.4 Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent rilevanti għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni, u l-oriġinal għandu jiġi ppreżentat waqt l-intervista. Applikanti li qed jistennew ir-rikonoxximent jistgħu japplikaw, iżda jridu jissottomettu d-dikjarazzjoni fi żmien xahar (1) mid-data tal-għeluq.

5.5 Tista’ tingħata estensjoni sa xahar (1) ieħor meta d-dewmien ikun lil hinn mill-kontroll tal-applikant. Kwalunkwe estensjoni oħra teħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.

5.6 Il-kandidati jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq, jew jiksbu l-approvazzjoni għalihom, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2027 qabel ma jinħatru u fi ħdan il-perjodu ta’ validità tar-riżultat oriġinali, li huwa ta’ sena (1) kalendarja mid-data tal-pubblikazzjoni. Il-kandidati ma jiġux ikkunsidrati għall-ħatra jekk l-iskadenza stipulata għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti msemmija hawn fuq ma tiġix osservata. 

Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal din il-kariga jridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi jew fergħa tal-karriera differenti jew f’pożizzjoni b’terminu definit; madankollu, jistgħu japplikaw għal grad jew pożizzjoni aktar baxxa anki jekk ma jkunux ikkonfermati, kemm jekk fl-istess fergħa kif ukoll jekk le.

L-uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad aktar baxx anki jekk ma jkunux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

5.7 Il-kandidati jridu jkunu eliġibbli biex jieħdu l-ħatra dovuta lilhom, skont il-paragrafi 5.1 – 5.6 t’hawn fuq, mhux biss sad-data u l-ħin tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

Ministry / Department :

Uffiċċju tad- Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-saħħa

Contact Persons :

 Dr. Renzo De Gabriele

Segretarju Permanenti

Address :

Direttorat tal-People Management,
15, Palazzo Castellania,
Triq il-Merkanti,
Valletta VLT 1171

Telephone :

 +356 22992604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.