Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Allied Health Professional (Dietetics)

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata' 10 ta' April 2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 10/04/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 24/04/2026 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id- Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, tilqa applikazzjonijiet għall-Post ta’ Allied Health Professional (Dietetics) fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ Sena (1).

2.2 Is-salarju għall-kariga ta' Alliied Health Professional bi Grad fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 kreditu ECTS/ECVET jew ekwivalenti) huwa Skala tas-Salarju 10, li fis-sena 2026 huwa ekwivalenti għal €27,055.98 fis-sena, li jiżdied b'żidiet annwali ta' €407.67 sa massimu ta' €29,502.00.

2.3 Allied Health Professional li minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 4.1, għandu wkoll Postgraduate Master's Degree rilevanti u rikonoxxut fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 kreditu ECTS/ECVET jew ekwivalenti) jew PhD fil-Livell 8 tal-MQF, mal-bidu tiegħu jinħatar immedjatament bħala Senior Allied Health Professional fl-Skala tas-Salarju 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326.00).

2.4 Allied Health Professional javvanza għall-Skala tas-Salarju 9 (€28,701.02 x €447.33 - €31,385.00) wara li jlesti sentejn (2) servizz fil-grad, soġġett għal xogħol sodisfaċenti.

2.5 Allied Health Professional jiġi promoss għall-grad ta' Senior Allied Health Professional fl-Skala tas-Salarju 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326.00) wara li jlesti tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Allied Health Professional fl-Skala tas-Salarju 9.

2.6 Allied Health Professional li fil-kors tad-dmirijiet tiegħu/tagħha jikseb Master's Degree Postgraduate rilevanti u rikonoxxut fil-Livell 7 tal-MQF (soġġett għal minimu ta' 90 kreditu ECTS/ECVET jew ekwivalenti) jew PhD fil-Livell 8 tal-MQF għandu javvanza immedjatament għall-Skala tas-Salarju 8 bħala Senior Allied Health Professional.

2.7 Senior Allied Health Professional (Skala tas-Salarju 8), b'mill-inqas ħames (5) snin ta' servizz sodisfaċenti bħala Allied Health Professional fi Skala tas-Salarju 8 u ċertifikat ta' tlestija b'suċċess tal-Programm ta' Kompetenza u l-Pramework ta' Evalwazzjoni (CAF), għandu jiġi promoss għall-grad ta' Allied Health Practitioner fi Skala tas-Salarju 7 (€32,158.00 x €531.17 - €35,345.02) mid-data tas-sodisfazzjon kemm tas-snin stipulati ta' servizz kif ukoll taċ-ċertifikazzjoni b'suċċess tas-CAF.

2.8 Senior Allied Health Professional (Skala tas-Salarju 8), li jkollu Master's Degree Postgraduate rikonoxxut u rilevanti fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 kreditu ECTS / ECVET jew ekwivalenti) jew PhD fil-Livell 8 tal-MQF b'mill-inqas sentejn (2) servizz sodisfaċenti bħala Senior Allied Health Professional u ċertifikat ta' tlestija b'suċċess tal-Programm ta' Kompetenza u l-Qafas ta' Evalwazzjoni (CAF), għandu jiġi promoss għall-grad ta' Allied Health Practitioner fl-Skala tas-Salarju 7 (€32,158.00 x €531.17 - €35,345.02).

2.9 Fil-każ ta' Uffiċjali li ma jkollhomx iċ-ċertifikat ta' tlestija b'suċċess tal-Programm ta' Kompetenza u l-Qafas ta' Evalwazzjoni wara t-tlestija ta' sentejn (2) servizz sodisfaċenti fil-grad, għandhom jiġu promossi għal Allied Health Practitioner bil-kundizzjoni li jiksbu din iċ-ċertifikazzjoni fi żmien sena (1) mill-ħatra ta' Allied Health Practitioner fl-Iskala tas-Salarju 7. Uffiċjali li jonqsu milli jippreżentaw tali ċertifikazzjoni fiż-żmien stipulat għandhom awtomatikament jerġgħu lura għall Senior Allied Health Professional fl-Iskala tas-Salarju 8.

2.10 Persuna maħtura tkun intitolata għal benefiċċji oħra bħal dawn u soġġetta għal kundizzjonijiet u obbligi oħra bħal dawn kif jistgħu jiġu stipulati fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.11 Il-kandidati magħżula jridu jkunu ta’ kondotta xierqa għall-kariga/pożizzjoni li għaliha qed tapplika. Qabel il-ħatra, il-kandidati magħżula minn barra s-Servizz Pubbliku jridu jippreżentaw Ċertifikat ta’ Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux qabel sitt (6) xhur mid-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-kandidat magħżul fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.

2.12 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn). 

Dmirijiet

3.1 Id-dmirijiet għal din il-Post ta’ Allied Health Professional (Dietetics) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

3.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtiega li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

3.3 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa twettaq dmirijiet fuq bażi ta' xift, inklużi dmirijiet ta' bil-lejl, skont ir-rosters stabbiliti fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva. Allied Health Professionals impjegati fuq bażi part-time se jkunu meħtieġa jaħdmu minimu ta' 20 siegħa fil-ġimgħa u jiġu skjerati fuq roster u sezzjoni skont l-eżiġenzi tas-servizz.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
  1. a) jkunu profiċjenti fil-Lingwa Maltija. Madankollu, kandidati li ma jkollhomx profiċjenza fil-lingwa Maltija xorta jiġu kkunsidrati iżda jridu jipprovdu evidenza ta’ profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra, li tkun fi żmien sena (1) mill-ingaġġ billi jkunu għaddew b’suċċess fl-eżami fil-Malti Mediku Bażiku għall-Professjoni tal-Kura tas-Saħħa Parti 1 tal-Università ta’ Malta. Il-kors li jwassal uffiċjalment għal dan l-eżami huwa l-kors fil-Malti Mediku Bażiku għall-Professjoni tal-Kura tas-Saħħa, Parti 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Kwalunkwe ħlas relatat għall-kors u l-valutazzjoni għandu jitħallas mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, spejjeż bħal dawn jistgħu jiġu mitluba permezz tal-Iskema ta’ Żvilupp tar-Rekwiżiti ta’ Eliġibbiltà għad-Dmirijiet Professjonali Kontinwi (CPD).
U

ii (b) ikun profiċjenti fil-lingwa Ingliża;

JEW

  • billi jipprovdi prova sad-data tal-intervista, li l-kwalifika primarja ta' Allied Health Professional saret bil-Lingwa Ingliża;

JEW

  • billi jipprovdi sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) jew punteġġ medju ta' 6 jew aktar fl-oqsma tas-smigħ, il-qari, il-kitba u t-taħdit. Kwalifika ekwivalenti ċċertifikata għall-IELTS (punteġġ ġenerali ta' 6) eż. GCSE / Cambridge: Grad C, TOEFL (IBT): 60 - 80, CEFR: B2 tiġi aċċettata wkoll;

JEW

  • billi jipprovdi dokumentazzjoni li turi mill-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol ċertifikata ekwivalenti full-time bħala Allied Health Professional rreġistrat fir-Renju Unit, l-Irlanda, jew kwalunkwe Pajjiż ieħor li jitkellem bl-Ingliż fejn l-Ingliż huwa l-lingwa primarja u/jew uffiċjali.

U

iii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 kreditu ECTS / ECVET jew ekwivalenti*) fil-Dietetics jew kwalifika ekwivalenti u rikonoxxuta komparabbli,

U

iv. fil-pussess ta' ċertifikat ta' reġistrazzjoni fil-Dietetics mill-Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina f'Malta.

*Kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta komparabbli, kif applikabbli, hija aċċettata biss soġġetta għal dikjarazzjoni ta' rikonoxximent formali tal-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawżola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta mill-Università ta' Malta (mogħtija qabel l-2009) b'inqas minn 180 kreditu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew mill-Università ta' Malta li l-ammont ta' xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta' 180 kreditu ECTS/ECVET.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 i. Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jiksbu, jew jiġu approvati, għall-għoti ta’ tali kwalifika u ċertifikat ta’ reġistrazzjoni fil-Dietetics mill-Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina qabel ma jinħatru. Jekk din l-iskadenza stipulata għall-kisba ta’ tali kwalifika u reġistrazzjoni ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi terminata awtomatikament.

ii. Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.          
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Ministry / Department :

Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva

Contact Persons :

Ms. Maureen Mahoney (Direttur Ġenerali, People Management)

Address :

15, Palazzo Castellania,

Triq Merkanti,

Valletta VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.