Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Promozzjoni ta' General Practitioner Trainee għal General Practitioner fl-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/ODPM /42/2025


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 30/10/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 18/12/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tad-deputat tal-Prim Ministru u l-Ministeru tas-saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument Call in English  
Ara d-dokument Call in Maltese 
Preambolu

Skont il-Ftehim Settorali ffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta (MAM) fit-18 ta’ Frar 2022, l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jistieden lill-Uffiċjali Pubbliċi fil-grad ta’ General Practitioner biex jesprimu l-interess tagħhom biex jersqu għal intervista bi skop li jiġu promossi għallgrad ta’ Senior General Practitioner. Qed jiġi ċċarat li l-onus li wieħed jinforma lid-Direttorat bil-kisba tar-rekwiżit skont Paragrafu 2 hawn taħt, jaqa’ taħt il-General Practitioner individwali.

Skont l-applikazzjoni annessa.

Dmirijiet

Skont dawk ta' General Practitioner.

Eliġibbiltà

2.1. Kandidati li jissottomettu l-interess tagħhom biex jiġu intervistati jkollhom bżonn li:

(i) jkunu mniżżla fil-lista tar-Reġistru tal-Ispeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew

(ii) jkunu approvati għall-inklużjoni fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta;

jew

(iii) (a) jkunu fil-pussess ta’ Certifikat ta’ Tlestija tat-Taħriġ (CCT) maħruġ mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti għall-Mediċina tal-Familja, li turi li l- applikant lesta tali taħriġ speċjalizzat hekk kif jista’ ikun ippreskrivat għall-ispeċjalita` rilevanti;

jew

(b) jkun fil-pussess ta’ kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għas-CCT għallMediċina tal-Familja, li kienet ħarġet mill-awtorita` kompetenti fi Stat Membru ieħor tal-UE, hekk kif imniżżel f’Parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att ta’ Malta tal-Professsjoni talKura tas-Saħħa;

jew

(c) jkunu fil-pussess ta’ kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist dment li din trid tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti, li tgħid li l-kwalifiċi/ esperjenza huma suffiċjenti li tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala speċjalist fil-Mediċina tal-Familja.

2.2. Kandidati li jtemmu b’suċċess, eliġibbli taħt paragrafu 2.1. (iii) (b) u 2.1 (iii) (c) hawn fuq għandhom ikunu mniżżla fir-Reġistru ta’ Speċjalist għall-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.

2.3. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 2.1(iii) (b) u paragrafu 2.1(iii) (c) hawn fuq iridu jottjenu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti li tikkonferma li l-kwalifika tagħhom tista’ tkun ikkunsidrata bħala ekwivalenti għaċ-Certifikat ta’ Tlestija tatTaħriġ (CCT) ta’ Malta. 

2.4. Kandidati li japplikaw skont it-termini ta’ paragrafu 2.1 (iii) (b) jew paragrafu 2.1(iii) (c) u li huma meħtieġa li jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti hekk kif speċifikat hemm, għandhom jinkludi kopja ta’ dik id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni tagħhom u jippreżentaw loriġinali waqt l-intervista.

Kandidati mhux fil-pussess tad-dikjarazzjoni meħtieġa, xorta jistgħu japplikaw, dment li jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni hekk kif tkun disponibbli, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw din iddikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet mhux fil-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien b’xahar ieħor lill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu lapplikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjonijiet itwal minn dan il-perjodu, għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

Ministry / Department :

Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa

Contact Persons :

Dr Renzo De Gabriele 

Segretarju Permanenti

Address :

 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171

Telephone :

 356 22992604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.