Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Post ta' Kuntistabbli tal-Pulizija fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta` u x-Xogħol.

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata il-Ġimgħa, 10 t'April 2026


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Bl-Uniformi u Sigurtà
    Data ppubblikata: 10/04/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 08/05/2026 17:15
    Ministeru: Ministry for Home Affairs, Security and Employment

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument ANNEX A 
Ara d-dokument ANNEX B 
1. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta’ u x-Xogħol, jilqa' applikazzjonijiet għall-post ta' Kuntistabbli tal-Pulizija, fid-Dipartiment tal-Pulizija, fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta' u x-Xogħol.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta' probation ta' (2) sentejn.

2.2  Is-salarju ta' Kuntistabbli huwa ta' Skala ta' Salarju 14, li fl-2026 huwa ta' €20,645.02 fis-sena, li jiżdied bi €316.83 fis-sena sa massimu ta' €22,546.00.

2.3  Persuna fil-grad ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija titla' fi Skala 13 (li fl-2026 huwa ta' €22,217 x €335.50 - €24,230.00) wara sentejn (2) fis-servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4  Persuna fil-grad ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija titla' fi Skala 12 (li fl-2026 huwa ta' €23,816.00 x €354 - €25,940.00) wara erba' (4) snin fis-servizz fi Skala 13, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5  Persuna fil-grad ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija tavvanza għal Kuntistabbli Anzjan tal-Pulizija fi Skala 11 (li fl-2026 hija ta' €25,435.00 x €375.17 - €27,686.02) wara sentejn (2) fis-servizz fi Skala 12, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. 
    
2.6 Minħabba n-natura tax-xogħol, il-post ta' Kuntistabbli tal-Pulizija tattira wkoll allowances kif speċifikat fil-ftehim settorjali tal-Korp tal-Pulizija intitolat, ‘Sectoral Agreement Regulating the Conditions of Service for the Police Force, 2023'.

2.7 Matul iż-żmien li l-kandidati jkunu jattendu l-kors fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati, jitħallsu l-paga bażika ta' Skala 16 (li fis-sena 2026 hija ta' €17,701.00) sakemm jieħdu l-ġurament tal-ħatra bħala Kuntistabbli tal-Pulizija bi Prova. 

2.8  Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar 'Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u Ġestjoni ta' Kunflitti ta' Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta' Novembru 2023 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa kunflitti ta' nteress potenzjali. F'dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta' kunflitt ta' nteress potenzjali nnutata għandu jiġi rrappurtatlis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk kandidat jigi reklutat, tali kunflitti ta' nteress ikunu mmaniġġjati  b'mod xieraq.

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunkwe kunflitt ta' nteress magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn )



Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. ​


Eliġibbiltà

4.1 L-applikanti għandhom ikunu:

i. ċittadini ta' Malta;

ii. kunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b'mod suffiċjenti u adegwat id-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

iii. (a) fil-pussess ta' pass (fi Grad 5 jew C jew f’livell kumparabbli) f’livell 3 tal-MQF f’erba' (4) suġġetti li jkunu jridu jinkludu l-Malti u l-Lingwa Ingliża;

jew

iii. (b) fil-pussess ta' kwalifika f’livell VET 3 jew Secondary School Certificate and Profiling Qualification f’livell 3 tal-MQF fil-Malti, Ingliż u f’żewġ suġġetti oħra bħala units ta' studju separati fil-kors li jkunu segwew;  Applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom MCAST Diploma f’livell 3 ta' l- MQF, jew MCAST-BTEC First Diploma jew MCAST-BTEC Diploma jew Ċertificat tas-City and Guilds f’Livell 2 jiġu kkunsidrati wkoll sakemm is-suġġett ikun relatat mal-Pulizija;

iv. ikunu għalqu t-tmintax (18)-il sena sal-aħħar t' Awwissu 2027;

v.  ma jkunux għalqu id-disgħa u tletin (39) sena sa l-aħħar t' Awwissu 2027;

vi. ikunu medikament b’saħħithom f’kull rispett, kemm fiżikament kif ukoll mentalment, skont l-istandard mediku ta' saħħa fil-Korp biex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri kollha ta' Pulizija;

vii. applikazzjonijiet minn kandidati li jkollhom fuq il-persuna tagħhom tatwaġġi u/jew body piercing u/jew modifikazzjonijiet oħrajn jiġu rregolati mill-policy tal-Malta Police Force Tattoos li tinstab fil-link: http://http://pulizija.gov.mt/en/police-force/police-vacancies/Documents/POL-TAT.pdf

viii. applikazzjonijiet minn kandidatI li għandhom body modifications, u/jew body piercing jiġu kkunsidati skont il-każ.

 4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta' Lulju 2026. 

(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta' studju rikonoxxut f'livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b'suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applilkazzjonijiet.  L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta' rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita` pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar 'l isfel).

4.3 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta' Officer in Scale permezz ta' deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta' dak ta' grad ogħla fl- istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta' dik tal-ħatra ta' Officer in Scale.

Is-snin ta' servizz mid-data ta' meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta' servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta' għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa t'applikazzjonijiet.

Is-snin ta' servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta' ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.

Kwalunke rekwiżit ieħor ta' eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.5 L-Applikanti għandhom ikunu ta' kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni.  Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandhom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorita' kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tal-għeluq ta' din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.  L-applikanti jkunu wkoll soġġetti għal security clearance matul il-proċess kollu tar-reklutaġġ, u dawk minn Forzi Dixxiplinati oħra huma wkoll soġġetti ghall-kondotta ta' dmir mill-Korpi Dixxiplinati tagħhom.


4.6 Barra minn hekk, kandidati li huma parzjalment eliġibbli li jintalbu jattendu fil Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana, sabiex jimlew formoli ta' kunsens u dikjarazzjoni. Matul il-proċess kollu sal-istadju tal-ħatra, jsir screening adekwat fuq kull kandidat. Jekk jirrizulta li jew id-dikjarazzjoni sottomessa tkun falza jew l-applikant jonqos milli jissodisfa l-livell ta' kondotta meħtieġa , il-kandidat jiġi skwalifikat u jkun eskluż milli jipproċedi fil-proċess tal-għażla.


Ministry / Department :

 Dipartiment tal-Pulizija

Contact Persons :

 Stephanie Farrugia

Address :

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana

Telephone :

 21224001

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.