Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Operative III (Motor Transport Driver)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/OPM 02/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 16/01/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 30/01/2026 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru
    Dipartiment: Stamperija tal-Gvern

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Operative III (Motor Transport Driver) 
1. Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Post ta' Operative III (Motor Transport Driver) fl-Istamperija tal-Gvern fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Is-salarju ta’ Operative III (Motor Transport Driver) huwa ta’ Skala ta' Salarju 17, li fis-sena 2026 huwa ta’ €16,235.00 fis-sena, li jiżdied b’€244.00 fis-sena sa massimu ta’ €17,699.00.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Operative III titla’ fi Skala ta' Salarju 17 titla' fi Skala ta' Salarju 16 (€17,701.00 x €263.00 - €19,279.00 fl-2026) bħala Operative III, wara ħames (5) snin servizz fi Skala ta' Salarju 17 bħala Operative II u/jew Operative III, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għall-ħlas annwali ta' allowance tal-klassi ta' €650, suġġett għall-politiki tal-Amministrazzjoni Ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Operative III (Motor Transport Driver) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

(i) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża;

U

(ii) fil-grad ta' Operative II;

U

(iii) ikollhom fil-pussess tagħhom liċenzja tas-sewqan valida f'kategoriji B;

U

(iv) ikollhom fil-pussess tagħhom Ċertifikat ta' Kompetenza Professjonali (Driver CPC);

U

(v) Tingħata kunsiderazzjoni lil dawk l-applikanti li m'għandhomx fil-pussess tagħhom is-CPC msemmi f'(iv) hawn fuq imma għahndha tinkiseb sakemm jintemm il-perjodu ta' prova.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa ta’ applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

Ministry / Department :

Sezzjoni People Management, Direttorat Finanzi u Amministrazzjoni, Uffiċċju tal-Prim Ministru

Contact Persons :

Ms Shaznay Fenech

Ms Romina Brincat

Address :

Berġa ta' Kastilja, Valletta

Telephone :

2200 1067

2200 1016

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.