Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, u l-Isport (MES) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-MES jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Assistant Manager fid-Direttorat għal-Lifelong Learning and Employability (DLE) fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ sitt (6) xhur.
2.2 Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.
2.3 Is-salarju ta’ Assistant Manager, li jidħol fil-grad bir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà ta’ paragrafu 4.1(a) jew (c) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2026 huwa ta’ €23,816.00 fis-sena, li jiżdied b’ €354.00 fis-sena sa massimu ta’ €25,940.00.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 12 titla għal Skala 11, li fis-sena 2026 hija ekwivalenti għal €25,435.00 fis-sena, li tiżdied b'żidiet annwali ta' €375.17 sa massimu ta' €27,686.02, mal-kisba ta’ Diploma fil-Livell 5 tal-MQF kif imsemmija fil-paragrafu 4.1(b).
2.5 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager li tissodisfa l-klawsola 4.1(b) titpoġġa fi Skala ta’ Salarju 11, u titla' fi Skala 10 (€27,055.98 x €407.67 - €29,502.00) fis-sena 2026 wara tliet (3) snin servizz bħala Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 11, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.6 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għall-ħlas ta' allowance tal-klassi ta' €500, suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
2.7 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.
2.8 Ir-riżultat jibqa’ validu għal perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.
2.9 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Assistant Manager jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu: Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li huma ssekondati mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw;
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:
(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
U
- fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 120 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-Business Management jew Business Administration jew Leadership and Management jew Information Technology jew Computing jew Edukazzjoni jew Social Sciences jew Marketing, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment.
JEW
- fil-pussess ta’ Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-fil-Business Management jew Business Administration jew Leadership and Management jew Information Technology jew Computing jew Edukazzjoni jew Social Sciences jew Marketing, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment.
JEW
c. (i) fil-pussess ta’ żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat u tliet (3) suġġetti fil-Livell Intermedju tal-Matrikola (li għandhom jinkludu tnejn (2) minn dawn is-suġġetti: Computing jew Information Technology jew Malti jew Ingliż jew Philosophy jew Economics jew History jew Sociology jew Marketing jew Accounting jew Physics jew Chemistry jew Biology jew Mathematics) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta;
JEW
(ii) fil-pussess ta’ tliet (3) suġġetti fil-Livell Avvanzat (li jinkludi wieħed minn dawn is-suġġetti: Computing jew Information Technology jew Malti jew Ingliż jew Philosophy jew Economics jew History jew Sociology jew Marketing jew Accounting jew Physics jew Chemistry jew Biology jew Mathematics )
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 120/60 ECTS krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali)
Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
Kandidati magħżula li huma fil-pussess ta’ kwalifika rikonnoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (kwalifika jew żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat flimkien ma’ tliet (3) suġġetti fil-Livell Intermedju tal-Matrikola jew fil-pussess ta’ tliet (3) suġġetti fil-Livell Avvanzat, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli), fl-oqsma indikati fil-4.1(a) u (c) jidħlu bħala Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 12). Mal-akkwist ta’ Diploma rilevanti fil-Livell 5 tal-MQF kif indikat f'paragrafu 4.1(b) f’oqsma relatati, dawn l-uffiċjali jipprogressaw għal Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 11). Il-progressjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet indikati fid-dokument li jismu ‘Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel’.
4.2 (i) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’Livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-Livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.3 Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (a) sa 4.1 (c) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://peopleandstandards.gov.mt/media/PDFs/Resourcing/GenProvs/GeneralProvisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport |
Contact Persons : | Dipartiment tal-People Management |
Address : | Triq l-Assedju l-Kbir, Furjana |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.