Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A - Duties |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management) Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Allied Health Professional (Radiography) fuq bażi full-time / part-time fil-Ministeru għas-Saħħa.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).
2.2 Is-salarju ta’ Allied Health Professional bid-Degree f'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti) huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2022 huwa ta’ €21,950 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €24,396.
Persuna fil-grad ta' Allied Health Professional li minbarra r-rekwiżit stipulat f'paragrafu 2.2, għandhom ukoll fill-pussess tagħhom Master's Degree f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) jew PhD f'Livell 8 tal-MQF rilevanti u rikonoxxuti, jinħatru mad-dħul bħala Senior Allied Health Professional fi Skala ta' Salarju 8 (€24,845 x €486.83 - €27,766).
2.3 Persuna fil-grad ta’ Allied Health Professional titla’ fi Skala ta' Salarju 9 (€23,353 x €447.33 - €26,037) wara sentejn (2) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Allied Health Professional tiġi promossa għall-grad ta’ Senior Allied Health Professional fi Skala ta' Salarju 8 (€24,845 x €486.83 - €27,766) wara tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta’ Allied Health Professional fi Skala ta' Salarju 9.
Persuna fil-ħatra ta' Allied Health Professional li fil-kors tad-dmirijiet tagħha tikseb Postgraduate Master's f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 kreditu tal-ECTS/ECVET jew ekwivalenti) jew PhD f'Livell 8 tal-MQF rilevanti u rikonoxxuti, għandha titla' minnufih għal Skala ta' Salarju 8 bħala Senior Allied Health Professional.
2.5 Persuna fil-ħatra ta' Senior Allied Health Professional (Skala ta' Salarju 8) b'mill-inqas ħames (5) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Senior Allied Health Professional fi Skala ta' Salarju 8 u ċertifikat ta' tlestija b'suċċess tal-Competency Programme u Evaluation Framework (CAF) tiġi promossa għall-grad ta' Allied Health Practitioner fi Skala ta' Salarju 7 (€26,438 x €531.17 - €29,625) kemm mid-data tal-otteniment tas-snin tas-servizz stipulat kif ukoll it-tlestija b'suċċess tal-CAF.
Persuna fil-ħatra ta' Senior Allied Health Professional (Skala ta' Salarju 8) fil-pussess ta' Postgraduate Master's f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 90 kreditu tal-ECTS / ECVET jew ekwivalenti*) jew PhD f'Livell 8 tal-MQF rilevanti u rikonoxxuti, b'mill-inqas sentejn (2) servizz sodisfaċenti bħala Senior Allied Health Professional u ċertifikat ta' tlestija b'suċċess tal-Competency Programme u Evaluation Framework (CAF), għandhom jiġu promossi fil-grad ta' Allied Health Practitioner fi Skala ta' Salarju 7 (€26,438 x €531.17 - €29,625). Fil-każ ta' Uffiċjali li ma jkollhomx iċ-ċertifikat ta' tlestija b'suċċess tal-Competency Programme u Evaluation Framework mat-tlestija ta' sentejn (2) servizz sodisfaċenti fil-grad, għandu jiġi promoss għal Allied Health Practitioner bil-kundizzjoni li tikseb din iċ-ċertifikazzjoni fi żmien sena (1) mill-ħatra ta' Allied Health Practitioner fi Skala ta' Salarju 7. Uffiċjali li jonqsu milli jippreżentaw tali ċertifikazzjoni fil-qafas ta' żmien stipulat għandhom jerġgħu lura awtomatikament għal Senior Allied Health Professional fi Skala ta' Salarju 8.
*Kwalifika tal-Master's rikonoxxuta b'minimu ta 60 ECTS/ECVET kretti hija aċċettata biss suġġetta għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent tal-Master's mingħand MFHEA sottomessa mal-applikazzjoni.
2.6 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.7 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qiegħda tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
2.8 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Dmirijiet
3.1 Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal dan il-post ta' Allied Health Professional (Radiography) fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma' dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li tista' jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected]
3.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.
3.3. Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa taħdem fuq bażi ta' xift li jinkludi xogħol bil-lejl skont rosters stabiliti fil-Ministeru għas-Saħħa. Allied Health Professionals ingaġġati fuq bażi part-time ikunu meħtieġa li jaħdmu minimu ta' 20 siegħa fil-ġimgħa u allokati f'rosters u sezzjonijiet skont l-eżiġenzi tas-servizz.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii.(a) profiċenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li m'humiex profiċenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma għandhom jipprovdu evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma fil-ħatra li hi fi żmien sena mill-ingaġġ, billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Universita' ta' Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Universita' ta' Malta. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Professional Development (CPD).
U
(b) profiċjenti fil-lingwa Ingliża;
BILLI
- jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja fl-Allied Health Profession ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;
JEW
- jipprovdu sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT): 60-80, CEFR: B2 jkunu aċċettati;
JEW
- jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikata full-time bħala Allied Health Professional rreġistrata fir-Renju Unit jew fl-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellmu l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa l-lingwa primarja u / jew uffiċjali.
U
iii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 kreditu tal-ECTS / ECVET jew ekwivalenti*) fil-Radiography jew kwalifika ekwivalenti, rikonoxxuta, kumparabbli U jkunu f'pussess ta' ċertifikat tar-reġistrazzjoni fir-Radiography mal-Kunsill ta' Professjonisti Kumplimentari għall-Mediċina f'Malta.
* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 180 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.
iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. Kwalifika ta' Master's f'Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti*, għandha tinkludi minimu ta' 90 ECTS/ ECVET krediti jew ekwivalenti*.
(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti*, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Aktar minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu r-rekwiżiti speċifikat f'paragrafu 4.1.iii formalment, xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti ta' tali rekwiżiti sal-aħħar ta' Ġunju 2023. Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati jridu juru r-rekiżiti indikati f'paragrafu 4.1.iii qabel il-ħatra.4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa Diviżjoni tal-People Management |
Contact Persons : | Maureen Mahoney |
Address : | Diviżjoni tal-People Management Ministeru għas-Saħħa 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.