Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Job description |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Konsulent fil-Psikjatrija tal-Adulti Ġenerali b' interess speċjali fil-Psikjatrija Peri-Natal fid-Dipartiment tal-Psikjatrija, fis-Servizzi tas-Saħħa Mentali, fil-Ministeru għas-Saħħa.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).
2.2 Is-salarju ta’ Konsultent huwa ta’ Skala ta' Salarju 4, li fis-sena 2023 huwa €38,980.22 fis-sena.
2.3 Persuna fil-ħatra ta’ Konsulent tirrapporta direttament liċ-Chairperson Kliniku tad-Dipartiment tal-Psikjatrija.
2.4 Persuna li tiġi maħtura tkun tista tagħżel li taħdem fuq bażi ta’ Kuntratt A jew Kuntratt B.
2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC/ADAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita.
Dmirijiet
3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Konsultent fil-Psikjatrija tal-Adulti Ġenerali b' interess speċjali fil-Psikjatrija Peri-Natal jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma’ dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected].
3.2 Persuna appuntata tista’ tkun rikjesta twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa f’Malta u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar ‘Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)’, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika’.
- ċittadini ta’ Malta; jew
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
- profiċjenti fil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża;
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita jew fi grad/pożizzjoni inqas. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandu wkoll:
- ikollhom isimihom imniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Psikjatrija miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta: jew
- ikunu approvati li isimhom jitniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Psikjatrija miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew
- ikollhom Certificate of Ċertifikat ta’ Tlestija ta’ Taħriġ Speċjaliżżat (CCST) maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta għall-professjoni rilevanti, li juri li l-applikant lesta tali taħriġ speċjalizzat li jista’ jintalab għal Psikjatrija ; jew
- ikollhom kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għas-CCST fil-Psikjatrija , li tkun maħruġa mill-Awtorità kompetenti ta’ stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif indikat f’parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa ta’ Malta; jew
- ikollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist dment li ma’ din tinhemeż dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta, li tiddikjara li l-kwalifiki/esperjenza huma suffiċjenti sabiex tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala Speċjalist fil-Psikjatrija.
4.3 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandu aktar minn hekk ikollhom sentejn (2) esperjenza full-time bħala Speċjalist fil-Psikjatrija. Qed ikun hawnhekk ikkjarifikat li l-esperjenza bħala Speċjalist titqies li ma tibdiex qabel id-data tar-Reġistrazzjoni fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta, jew reġistrazzjoni ekwivalenti maħruġa mill-awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Qed ikun ikkjarifikat ukoll li l-esperjenza mwettqa fuq bażi part-time jew fi kwalunkwe każ fuq bażi ta’ inqas minn erbgħin (40) siegħa fil-gimgħa, tkun rikonoxxuta fuq bażi prorata.
4.4 Persuna magħżula li tkun eliġibbli taħt paragrafu 4.2 (iii) (b) u paragrafu 4.2 (iii) (c) hawn fuq trid tkun imniżżla fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta u trid tkun ukoll irreġistrata bis-sħiħ mal-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.
4.5 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta’ paragrafu 4.2 (iii) (b) jew paragrafu 4.2 (iii) (c) hawn fuq iridu jiksbu ittra ta’ rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta li tikkonferma li l-kwalifiki tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta’ Tlestija ta’ Taħriġ Speċjaliżżat maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta. F’każ ta’ diffikultà għandu jintalab il-parir tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta.
Sabiex tiġi ffaċilitata r-referenza, is-sit elettroniku tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta jista’ jiġi kkonsultat minn (https://deputyprimeminister.gov.mt/en/regcounc/msac/Pages/msac.aspx).
4.6 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta’ paragrafu 4.2 (iii) (b) jew paragrafu 4.2 (iii) (c), u li jkunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalist kif mitlub fil-paragrafu 4.5 għandhom jinkludu kopja ta’ din id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista. Kandidati li mhumiex fil-pussess ta’ din id-dikjarazzjoni xorta jistgħu japplikaw, basta jissottomettu kopja ta’ din id-dikjarazzjoni hekk kif tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u fi kwalunkwe ċirkustanza mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li ma jippreżentawx id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom jistgħu jitolbu estenjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien b’xahar ieħor mill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjonijiet lil hinn minn dan il-perjodu għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
4.7 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta daħlet fis-seħħ il-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.8 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.9 Kwalifiki formali, ħiliet u esperjenza speċjalizzata fil-Psikjatrija Peri-Natal jiġu evalwati abbażi tal-portfolio tal-esperjenza tax-xogħol tal-applikant. Evidenza formali ta’ taħriġ u kwalifiki elenkati fil-portfolio jridu jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni.
4.10 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
4.11 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.10 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.12 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa |
Contact Persons : | Maureen Mahoney, Direttur Ġenerali ( People Management) |
Address : | Palazzo Castellania, 15, Triq Merkanti, Valletta VLT1171 |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.