Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, is-Segratarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja qiegħed ifittex li jidentifika Uffiċjali Pubbliċi/Uffiċċjali tas-Settur Pubbliku adatti biex iwettqu dmirijiet kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu ta’ tlett (3) snin, li jista’ jiġġedded għal aktar perjodi. Il-kandidati magħżula jintalbu jikkommettu lilhom infushom li jaħdmu minimu ta' għaxar (10) sigħat fil-ġimgħa. Tali sigħat jinħadmu fost il-ġimgħa, bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa wara l-ħin normali tal-Uffiċċju.
2. Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġbu lid-Digitisation Co-ordinator fejn jiġu assenjati. Dawk magħżula jkunu jridu jattendu għal taħriġ apposta. L-intervista u t-taħriġ jista' jkun li jsiru waqt il-ħin tax-xogħol filgħodu.
Salarju
3. Is-salajru marbut mad-dmirijiet amministrattivi huwa ta' Skala ta' Salarju 16, li fis-sena 2023 huwa ekwivalenti għal €7.39 fis-siegħa (f'konformità mas-Salarju ta' Skrivan fis-Servizz Pubbliku ta' Malta) mħallsa pro-rata skont in-numru ta' sigħat maħduma. L-Uffiċjali magħżula jintalbu sabiex jaħdmu minimu ta' għaxar (10) sigħat fil-ġimgħa.
Dmirijiet
4. L-uffiċjali eliġibbli huma għalhekk mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet amministrattivi barra l-ħin normali tal-Uffiċċju. Id-dmirijiet huma deskritti fl-Anness 'A'. L-uffiċjali ssekondati/mislufin/detailed/deployed/on attachment ma' Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà meħtieġa, jistgħu japplikaw ukoll.
Eliġibbiltà
5. Sad-data u l-ħin tal-għeluq ta' din l-Espressjoni ta' Interess, l-applikanti eliġibbli għandhom ikunu fil-grad ta' mhux anqas minn Skrivan mas-Servizz Pubbliku, jew mhux anqas minn grad / skala ta' salarju komparabbli fis-Settur Pubbliku. Huwa mitlub li l-applikanti jkollhom kwalifika ta' MQF Livell 3 fl-IT u jkunu sensittivi għan-natura delikata tad-dokumenti. Barra minn hekk, l-applikanti għandhom jiżguraw il-protezzjoni ta' kwalunkwe dokument relatat max-xogħol, data personali u/jew kunfidenzjali kif definit mill-GDPR u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data.
5.1 L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet deskritti f'Anness 'A'. Il-kandidati magħżula jintalbu jikkommettu lilhom nfushom li jaħdmu minimu ta' għaxar (10) sigħat fil-ġimgħa. Tali sigħat jinħadmu fost il-ġimgħa bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa wara l-ħin tal-Uffiċċju.
6. Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati/traskrizzjonijiet u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu skennjati u mibgħuta permezz tar-Recruitment Portal (https://www.recruitment.gov.mt).
6.1 Iċ-ċertifikati/traskizzjonijiet u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu jintwerew waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.
7. Bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-kwalifiki msemmija fil-paragrafi 7.1 u 7.2 hawn taħt, l-applikanti huma meħtieġa li jipproduċu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), li għandha tinkiseb billi tiġi ppreżentata “Applikazzjoni għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki” online fuq (https://mfhea.mt/academic-qualifications/). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun mehmuża mal-espressjoni ta’ interess u l-oriġinali ppreżentata fl-intervista.
7.1 Qabel ma jitolbu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent skont il-paragrafu 7 ta’ hawn fuq fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom, il-kandidati għandhom l-ewwel jikkonsultaw id-“Database tal-Kwalifiki ta' Malta” tal-MQRIC li tista’ tiġi aċċessata minn http://qualifications.ncfhe.gov.mt/#/dashboard. L-applikanti huma eżentati milli jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 7 jekk jippreżentaw kwalifiki elenkati f’din il-lista. Kopja ta’ din il-lista, inkluża l-kwalifika, għandha tiġi ppreżentata mill-applikant.
7.2 Mhumiex meħtieġa dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent mill-MQRIC fir-rigward ta’ kwalifiki maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ akkreditazzjoni ta’ Malta, li huma l-Università ta’ Malta, l-MCAST u l-ITS; jew kwalunkwe kwalifika Maltija li tkun ġiet akkreditata mill-MQRIC , li fuq iċ-ċertifikat tiddikjara: “L-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tqis dan iċ-ċertifikat bħala MQF ___”.
7.3 Fil-każ ta’ kwalifiki mhux koperti minn 7.1 u 7.2, l-applikanti għandhom jissottomettu d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kif deskritta fil-paragrafu 7. L-applikanti li ma jkollhomx tali dikjarazzjoni xorta jistgħu jissottomettu espressjoni ta’ interess, sakemm jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni lid-Dipartiment/Direttorat riċeventi hekk kif tkun disponibbli, u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard minn erba’ (4) xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti jistgħu jiġu vvalutati b’mod proviżorju filwaqt li jkunu għadhom qed jistennew l-ekwivalenza tal-MQRIC tal-kwalifika/i tagħhom. Jekk ir-rapport tal-ekwivalenza jkun fin-negattiv jew ma jiġix ippreżentat fi żmien erba’ (4) xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, tali applikanti jiġu skwalifikati mill-proċess tal-għażla. Barra minn hekk, soġġett għad-disponibbiltà tal-postijiet battala, l-inkarigu tal-assenjament ma jistax jiġi ffirmat qabel ma jiġi riċevut ir-rapport pożittiv tal-ekwivalenza mingħand l-MQRIC.
8. Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u jkun esebit fuq in-noticeboard tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, 2/3, Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt Valletta VLT1310.
8.1 Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand is-Sur Cleavon Vella, Assistent Direttur, Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, 2/3, Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt Valletta VLT 1310 fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Ġustizzja |
Contact Persons : | Liberata Vassallo |
Address : | Direttorat Servizzi Korporattivi, |
Telephone : | 23279590 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.