Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Legal Officer

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari tal-P&SD Nru. 6/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Qrati u Legali
    Data ppubblikata: 24/07/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 07/08/2026 13:30
    Ministeru: Il-Ministeri Kollha
    Dipartiment: Servizz Pubbliku ta’ Malta

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Dmirijiet / Duties 
1. Is-Segretarju Permanenti (Nies u Standards), Uffiċċju tal-Prim Ministru tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Legal Officer fis-Servizz Pubbliku ta' Malta.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Senior Legal Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fis-sena 2026 huwa ta’ €33,931.02 fis-sena, li jiżdied b’€596.33 fis-sena sa massimu ta’ €37,509.

2.3 Persuna maħtura tkun intitolata ukoll għal tali benefiċċji oħra u tali kundizzjonijiet u obbligi oħra kif stipulat fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Uffiċjali li jaqgħu taħt il-Ftehim li jappartjeni għall-Klassi tal-Legal Class.

2.4 Il-persuna magħżula trid tassigura li topera fil-qafas tal-Kodiċi tal-Etika u tal-paragrafu 6.2.3 tal-Public Service Management Code u ma tista' tagħmel l-ebda xogħol barra l-ħin tax-xogħol mal-Gvern li jista' jwassal għal kunflitt ta' interess jew ixekkel l-operat tad-dmirijiet uffiċċjali tiegħu/tagħha mal-Gvern.  Xogħol privat jista' jsir bil-permess tas-Segretarju Permanenti.

2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Legal Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu:

(i) profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża;

U    

(ii) fil-grad ta' Legal Officer u li jkollu/ha mill-inqas ħames (5) snin esperjenza wara l-kisba tal-Warrant, li erba' (4) snin minnhom iridu jkunu fil-Legal Class.


Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

Ministry / Department :

 Office of the Prime Minister - People and Standards Division

Contact Persons :

 Ms Marlene Debattista / Ms Silvana Portelli

Address :

 3, Castille Place, Valletta

Telephone :

 2200 3644 / 2200 1324

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.