Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Foreman

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MEEC 17/2026


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 17/04/2026 11:00
    Data tal-għeluq: 04/05/2026 17:15

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A- Duties: Senior Foreman 
1. Id-Direttur Ġenerali għall-Operat, f'isem is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l- Indafa Pubblika, jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Foreman fil-Ministeru għall- Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika. 

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ probation/prova ta’ tnax (12)- il xahar. 

2.2. Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mil-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għal-konferma tal-ħatra. 

2.3 Is-salarju ta’ Senior Foreman huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2026 huwa ta’ €27,055.98 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €29,502.00. 

2.4. Il-persuni maħtura jkunu ntitolati għal-ħlas ta' klassi annwali ta' €1,500. 

a. Il-persuni maħtura jkunu intitolati għal benefiċċji oħra u suġġe ti għal-kundizzjonijiet u l-obbligi li huma stipulatI fl-Industrial and Supervisory Grades Agreement.

2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Foreman jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija kif ukoll dik Ingliża sabiex jitwettqu b’mod suffiċjenti u adegwat d-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

U

L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbilita’ l-oħra kollha. Dawn l uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew ke lhom il-grad ta’:

(ii) Foreman;

JEW

(iii) Assistant Foreman (fi skala ta' Salarju 12) b'mhux inqas minn ħames (5) snin servizz fil-grad ta' Assistant Foreman (fi Skala ta' Salarju 12) jew li huma fil-pussess ta' kwalifika xierqa.

Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, il-livell ta’ eliġibbilta’ meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

Ministry / Department :

Ministeru għall-Ambjent, l- Enerġija u l-Indafa Pubblika

Contact Persons :

Ms Gianella Lia- Manager II

Address :

6, Triq Ħal-Qormi, Sta Venera SVR 1302.

Telephone :

20953131

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.