Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MES) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t' abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-rekutaġġ, il-MES jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport jilqa' applikazzjonijiet għall-post ta’ Assistant Manager fi ħdan id-Direttorat għas-Snin Bikrin, Lingwi u Studji Umanistiċi fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.
Salarju
2.2 Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.
2.3 Is-salarju ta’ Assistant Manager, li jidħol fil-grad bir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà ta’ paragrafu 4.1(a) jew (c) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2026 huwa ta’ €23,816.00 fis-sena, li jiżdied b’ €354.00 fis-sena sa massimu ta’ €25,940.00.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 12 titla għal Skala 11, li fis-sena 2026 hija ekwivalenti għal €25,435.00 fis-sena, li tiżdied b' żidiet annwali ta' €375.17 sa massimu ta' €27,686.02, mal-kisba ta’ Diploma fil-Livell 5 tal-MQF kif imsemmija fil-paragrafu 4.1(b).
2.5 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager li tissodisfa l-klawsola 4.1(b) titpoġġa fi Skala ta’ Salarju 11, u titla' fi Skala 10 (€27,055.98 x €407.67 - €29,502.00) fis-sena 2026 wara tliet (3) snin servizz bħala Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 11, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.6 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għall-ħlas ta' allowance tal-klassi ta' €500, suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
2.7 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.
2.8 Ir-riżultat jibqa’ validu għal perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.
Dmirijiet
Eliġibbiltà
- fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 120 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-Maniġment Pubbliku u Governanza jew Edukazzjoni jew Studji Amministrattivi u Segretarjali jew ICT, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment.
- fil-pussess ta’ Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ECTS, jew ekwivalenti*) fil-Maniġment Pubbliku u Governanza jew Edukazzjoni jew Studji Amministrattivi u Segretarjali jew ICT, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport |
Contact Persons : | Dipartiment tal-People Management |
Address : | Triq l-Assedju l-Kbir, Furjana |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.