Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Pożizzjoni ta’ Kuntisabbli ta' Riserva fid-Dipartiment tal-Pulizija fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta` u x-Xogħol

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 19 ta' Diċembru, 2025


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Bl-Uniformi u Sigurtà
    Data ppubblikata: 19/12/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 06/01/2026 17:15
    Ministeru: Ministry for Home Affairs, Security and Employment

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument ANNEX A 
Ara d-dokument ANNEX B 
1. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta`u x-Xogħol jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Kuntistabbli ta' Riserva (RPC) fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta` u x-Xogħol.

3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Kuntistabbli ta' Riserva  huwa ekwivalenti għall-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 11 (ekwivalenti għal € 26,290.00 fl-2025), jiġifieri €12.63 għal kull siegħa xogħol.

3.2  Kuntistabbli ta' Riserva jibbenifika wkoll, fuq bażi pro-rata, minn allowances li joħorġu mill-ftehim settorjali rispettiv.

3.3  Is-salarju għall-Kuntistabbi ta' Riserva prospettiv matul iż-żmien ta' taħriġ huwa pro-rata għas-salarju minimu fi skala 16, li għas-sena 2025 huwa €16,915.00 fis-sena.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Kuntistabbli ta' Riserva jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
  1.  ċittadini ta’ Malta;
  2. ma jkollhomx aktar min ħamsa u sittin (65) sena sal-31ta' Diċembru 2025;
  3. kapaċi jikkomuikaw bil-Lingwi tal-Malti u l-Ingliż sabiex jwettqu b'mod suffiċjenti u adegwat id-dmirijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;
  4. ikunu iservu bħala sworn officers, jew kienu servew fil-Forzi Dixxiplinati (i.e. Korp tal-Pulizija, Forzi Armati ta' Malta, Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jew l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi) bħala sworn officers għal mhux inqas minn għaxar (10) snin u li jkunu spiċċaw b'mod onorabbli (mhux medically boarded out);
  5. ikunu medikament f'saħħithom fl-aspetti kollha, fiżikament u mentalment, skont l-istandards mediċi ta' saħħa fil-Korp biex ikun jista' jwettaq id-dmirijiet kollha tal-Pulizija.
5.2  L-Applikanti jridu jkunu rtitati mall-Forzi Dixxiplinati qabel ma jibdew it-taħriġ. L-appikant ikun meħtieġ li jipproduċi dokumentazzjoni attestata ta' rtirar mill-Korp Dixxiplinat.
  
5.3  Il-kandidati magħzula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f'din il-pożizzjoni, skont 5.1 u 5.2 hawn fuq, mhux biss sad-data w il-ħin tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

Ministry / Department :

 Dipartiment tal-Pulizija

Contact Persons :

 Stephanie Farrugia

Address :

 Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Telephone :

 21224001

Email address :

  [email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.